+Artikolu 6 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi.
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5

Artikolu 6 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Funzjoni għandha tkun meqjusa bħala kritika, fejn tissodisfa dawn iż-żewġ punti li ġejjin:

(a)

il-funzjoni hija pprovduta minn istituzzjoni lil partijiet terzi li mhumiex affiljati ma' istituzzjoni jew grupp; kif ukoll

(b)

in-nuqqas tagħha jwassal għal tfixkil li x'aktarx ikollu impatt negattiv materjali fuq partijiet terzi, iwassal għal kontaġju jew jimmina l-kunfidenza ġenerali tal-parteċipant fis-suq minħabba relevanza sistemika tal-funzjoni għal partijiet terzi u r-relevanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp biex jipprovdu l-funzjoni.

Artikolu 6 2

2.   Meta jiġi vvalutat l-impatt materjali negattiv fuq partijiet terzi, ir-rilevanza sistemika tal-funzjoni għal partijiet terzi u r-rilevanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp li joffru l-funzjoni, l-istituzzjoni u l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità, u l-attivitajiet transkonfinali tal-istituzzjoni jew il-grupp.

Il-kriterji ta' evalwazzjoni tal-impatt fuq partijiet terzi għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

in-natura u l-firxa tal-attività, l-ilħuq globali, nazzjonali jew reġjonali, il-volum u l-għadd ta' tranżazzjonijiet; l-għadd ta' klijenti u kontropartijiet; in-numru ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni hija l-unika sieħba bankarja jew dik prinċipali.

(b)

ir-rilevanza tal-istituzzjoni, fuq bażi lokali, reġjonali, nazzjonali jew dak Ewropew, kif xieraq għas-suq konċernat. Ir-rilevanza tal-istituzzjoni tista' tiġi evalwata abbażi tas-sehem tas-suq, l-interkonnettività, il-kumplessità u attivitajiet transkonfinali.

(c)

in-natura tal-klijenti u partijiet interessati affettwati mill-funzjoni, bħal, iżda mhux limitati għal klijenti individwali, klijenti korporattivi, klijenti interbankarji, il-kmamar tal-ikklerjar ċentrali u entitajiet pubbliċi.

(d)

il-potenzjal ta' tfixkil ta' funzjoni fuq is-swieq, infrastrutturi, klijenti u s-servizzi pubbliċi. B'mod partikolari, il-valutazzjoni tista' tinkludi l-effett fuq il-likwidità tas-swieq ikkonċernati, l-impatt u l-grad ta' tfixkil għan-negozju tal-klijenti, u l-bżonnijiet ta' likwidità fuq perjodu qasir ta' żmien; il-perċettibbiltà għal kontropartijiet, klijenti u l-pubbliku; il-kapaċità u l-veloċità ta' reazzjoni tal-klijenti; ir-rilevanza għall-funzjonament ta' swieq oħra; l-effett fuq il-likwidità, l-operazzjonijiet, l-istruttura ta' suq ieħor; l-effett fuq kontropartijiet oħra relatati ma' klijenti ewlenin u l-interrelazzjoni tal-funzjoni ma' servizzi oħra.

Artikolu 6 3

3.   Funzjoni li hija essenzjali għall-ekonomija reali u s-swieq finanzjarji għandha titqies bħala sostitwibbli fejn din tista' tiġi sostitwita b'mod aċċettabbli u fi żmien raġonevoli u b'hekk jiġu evitati problemi sistemiċi għall-ekonomija reali u s-swieq finanzjarji.

Meta tiġi evalwata s-sostitwibbiltà ta' funzjoni l-kriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)

l-istruttura tas-suq għal dik il-funzjoni u d-disponibbiltà ta' fornituri alternattivi;

(b)

l-abbiltà ta' fornituri oħra f'termini ta' kapaċità, ir-rekwiżiti biex iwettqu l-funzjoni, u ostakli potenzjali għad-dħul jew l-espansjoni;

(c)

l-inċentiv ta' fornituri oħra biex iwettqu dawn l-attivitajiet;

(d)

iż-żmien meħtieġ mill-utenti tas-servizz biex jittrażlokaw għall-fornitur il-ġdid ta' servizzi u l-ispejjeż taċ-ċaqliq, iż-żmien meħtieġ għal kompetituri oħra biex jieħu f'idejhom il-funzjonijiet u jekk dak iż-żmien huwiex biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil sinifikanti skont it-tip ta' servizz.

Artikolu 6 4

4.   Servizz huwa kkunsidrat bħala wieħed ta' importanza kritika meta l-waqfien tiegħu jista' jkun ta' xkiel serju għal, jew jipprevjeni t-twettiq ta', funzjoni kritika waħda jew aktar. Servizz ma jkunx meqjus bħala kritiku fejn jista' jiġi pprovdut minn fornitur ieħor fi żmien raġonevoli b'mod paragunabbli fir-rigward tal-iskop tiegħu, il-kwalità u l-prezz.

Artikolu 6 5

5.   It-tfixkil ta' funzjonijiet jew servizzi għandu jkun kompost minn funzjonijiet u servizzi li ma jibqgħux jiġu pprovduti b'mod paragunabbli, taħt kondizzjonijiet komparabbli u ta' kwalità simili, sakemm il-bidla fil-provvista ta' funzjoni jew servizz ikkonċernat ma sseħħx b'mod ordnat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.