+Artikolu 2 L-eżenzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
|
Artikolu 2 L-eżenzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
(a)
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew l-impriżi li jwettqu attivitajiet tal-assigurazzjoni mill-ġdid jew tar-retroċessjoni msemmija fid-Direttiva 2009/138/KE meta jwettqu l-attivitajiet imsemmija f’dik id-Direttiva;
(b)
il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment b’mod esklużiv għall-impriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-impriżi prinċipali tagħhom;
(c)
il-persuni li jipprovdu servizz ta’ investiment meta dan is-servizz jiġi pprovdut f’manjiera inċidentali fil-kors ta’ attività professjonali u li din l-attività tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni u li ma jeskludix il-provvediment ta’ dan is-servizz;
(d)
il-persuni
►C4
negozjar akkont proprju ◄ fi strumenti finanzjarji għajr derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom u li ma jipprovdu l-ebda servizz ta’ investiment ieħor jew li ma jwettqu l-ebda attività ta’ investiment oħra f’servizzi finanzjarji għajr derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom sakemm talipersuni:
(i)
ma jkunux ġeneraturi tas-suq;
▼M12
(ii)
ma jkunux membri jew parteċipanti f’suq regolat jew MTF, għajr għall-entitajiet mhux finanzjarji li jeżegwixxu tranżazzjonijiet f’ċentru ta’ negozjar fejn tali tranżazzjonijiet huma parti mill-ġestjoni tal-likwidità jew li jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali jew l-attivitajiet ta’ finanzjament tat-teżor ta’ dawk l-entitajiet mhux finanzjarji jew il-gruppi tagħhom;
▼B
(iii)
ma japplikawx teknika ta’ negozjar algoritmiku ta’ frekwenza għolja; jew
(iv)
ma jkunux
►C4
negozjar akkont proprju ◄ meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti;
Persuni eżentati skont il-punti (a), (i) jew (j) mhumiex obbligati jilħqu l-kundizzjonijiet imniżżla f’dan il-punt biex ikunu eżentati.
(e)
operaturi b’obbligi ta’ konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE li, meta jinnegozjaw fi kwoti ta’ emissjonijiet, ma jesegwixxux ordnijiet tal-klijenti u li ma jipprovdu l-ebda servizz ta’ investiment jew iwettqu xi attività ta’ investiment għajr
►C4
negozjar akkont proprju ◄ , sakemm dawk il-persuni ma japplikawx teknika ta’ negozjar algoritmiku ta’ frekwenza għolja;
(f)
il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu b’mod esklużiv fl-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati;
(g)
il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jinvolvu biss kemm l-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati kif ukoll il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment b’mod esklużiv għall-impriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-impriżi prinċipali tagħhom;
(h)
il-membri tas-SEBĊ u korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili fl-Unjoni, korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha fl-Unjoni u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti f’żewġ Stati Membri jew aktar li għandhom l-iskop li jimmobilizzaw il-fondi u jipprovdu assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħhom li qed jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn problemi finanzjarji serji;
(i)
l-impriżi ta’ investimenti kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet, sewwa jekk ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni u sewwa jekk le, u d-depożitarji u l-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;
▼M8
(j)
il-persuni:
(i)
li jinnegozjaw f’isimhom stess, inklużi ġeneraturi tas-suq, f’derivattivi tal-komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew fid-derivattivi tagħhom, minbarra l-persuni li jinnegozjaw f’isimhom stess meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti; jew
(ii)
li jipprovdu servizzi ta’ investiment, għajr in-negozjar f’isimhom stess, fid-derivattivi tal-komoditajiet jew fil-kwoti tal-emissjonijiet jew fid-derivattivi tagħhom lill-klijenti jew fornituri tan-negozju ewlieni tagħhom;
sakemm:
—
għal kull wieħed minn dawk il-każijiet b’mod individwali u fuq bażi aggregata, l-attività tkun anċillari għan-negozju ewlieni tagħhom, meta kkunsidrata fuq il-bażi ta’ grupp;
—
dawk il-persuni ma jkunux parti minn grupp li n-negozju ewlieni tiegħu jkun il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment fis-sens ta’ din id-Direttiva, it-twettiq ta’ kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, jew li jaġixxi bħala ġeneratur tas-suq għad-derivattivi tal-komoditajiet;
—
dawk il-persuni ma japplikawx teknika ta’ negozjar algoritmiku ta’ frekwenza għolja; u
—
dawk il-persuni jirrapportaw b’talba lill-awtorità kompetenti l-bażi li fuqha vvalutaw li l-attività tagħhom skont il-punti (i) u (ii) hija anċillari għan-negozju ewlieni tagħhom.
▼B
(k)
il-persuni li jipprovdu pariri dwar l-investiment huma u jipprovdu attività professjonali oħra mhux koperta b’din id-Direttiva, sakemm il-provvediment ta’ dawn il-pariri ma jkunx imħallas b’mod speċifiku;
(l)
l-assoċjazzjonijiet stabbiliti bil-fondi Daniżi u Finlandiżi tal-pensjonijiet bil-għan waħdieni li jimmaniġġaw l-assi tal-fondi tal-pensjonijiet li huma membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet;
(m)
l-“agenti di cambio” li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati bl-Artikolu 201 tad-Digriet Leġislattiv Taljan Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998;
(n)
l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif iddefinit fl-Atikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/73/KE meta jwettqu l-kompiti tagħhom skont dawk id-Direttivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009, skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 jew skont kodiċijiet tan-netwerk jew linji gwida adottati skont dawk ir-Regolamenti, persuni oħrajn li jaġixxu bħala fornituri tas-servizz f’isimhom biex iwettqu l-kompitu tagħhom skont dawk l-atti leġislattivi jew skont il-kodiċijiet tan-netwerk jew il-linji gwida adottati skont dawk ir-Regolamenti jew kwlaunkwe operatur jew amministratur ta’ mekkaniżmu ta’ bbilanċjar tal-enerġija, netwerk ta’ pipeline jew sistema li żżomm f’bilanċ il-forniment u l-użu tal-enerġija meta jitwettqu tali kompiti.
Dik l-eżenzjoni għandha tapplika biss għal persuni involuti fl-attivitajiet imsemmija f’dan il-punt biss meta jwettqu attivitajiet ta’ investiment jew jipprovdu servizzi ta’ investiment relatati mad-derivattivi ta’ komoditajiet sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet. Dik l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika fir-rigward tat-tħaddim ta’ suq sekondarju, inkluża pjattaforma għal negozju sekondarju fi drittijiet ta’ trażmissjoni finanzjarja;
▼M1
(o)
CSDs ħlief kif previst fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
▼M7
(p)
fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kif definiti fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
).
▼B
|
|
Artikolu 2 2.
|
Id-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva ma għandhomx jestendu għall-forniment tas-servizzi bħala kontropartijiet fit-tranżazzjonijiet imwettqa mill-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku jew mill-membri tas-SEBĊ li jwettqu l-kompiti tagħhom kif previst mit-TFUE u fil-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jew li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tikkjarifika għall-finijiet tal-punt (c) miżurital-paragrafu 1 meta attività hija pprovvduta b’mod inċidentali.
|
|
Artikolu 2 4.
|
Sal-31 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika, għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kriterji biex tistabbilixxi meta attività għandha tkun ikkunsidrata anċillari għan-negozju ewlieni fil-livell ta’ grupp.
Dawk il-kriterji għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:
(a)
jekk l-iskopertura nazzjonali pendenti netta f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom għal saldu fi flus nnegozjat fl-Unjoni, esklużi derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom innegozjati f’ċentru tan-negozjar, hijiex taħt livell limitu annwali ta’ EUR 3 biljun; jew
(b)
jekk il-kapital impjegat mill-grupp li għalih tappartjeni l-persuna huwiex fil-biċċa l-kbira allokat għan-negozju ewlieni tal-grupp; jew
(c)
jekk id-daqs tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 jaqbiżx jew le d-daqs totali tal-attivitajiet ta’ negozjar l-oħrajn fil-livell ta’ grupp.
L-attivitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu kkunsidrati f’livell ta’ grupp.
L-elementi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jeskludu:
(a)
it-tranżazzjonijiet intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jaqdu l-likwidità tal-grupp kollu jew għall-għanijiet ta’ ġestjoni tar-riskji;
(b)
it-tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, li oġġettivament jistgħu jitkejlu bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività tal-finanzjament tat-teżor;
(c)
it-tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom li jipparteċipaw fihom biex jissodisfaw l-obbligi li jipprovdu likwidità f’ċentru tan-negozjar, fejn tali obbligi huma mitluba mill-awtoritajiet regolatorji f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, jew miċ-ċentri tan-negozjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|