+Artikolu 2 4.

Artikolu 2 4.

Sal-31 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika, għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kriterji biex tistabbilixxi meta attività għandha tkun ikkunsidrata anċillari għan-negozju ewlieni fil-livell ta’ grupp.

Dawk il-kriterji għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:

(a) 

jekk l-iskopertura nazzjonali pendenti netta f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom għal saldu fi flus nnegozjat fl-Unjoni, esklużi derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi tagħhom innegozjati f’ċentru tan-negozjar, hijiex taħt livell limitu annwali ta’ EUR 3 biljun; jew

(b) 

jekk il-kapital impjegat mill-grupp li għalih tappartjeni l-persuna huwiex fil-biċċa l-kbira allokat għan-negozju ewlieni tal-grupp; jew

(c) 

jekk id-daqs tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 jaqbiżx jew le d-daqs totali tal-attivitajiet ta’ negozjar l-oħrajn fil-livell ta’ grupp.

L-attivitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu kkunsidrati f’livell ta’ grupp.

L-elementi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jeskludu:

(a) 

it-tranżazzjonijiet intragrupp kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jaqdu l-likwidità tal-grupp kollu jew għall-għanijiet ta’ ġestjoni tar-riskji;

(b) 

it-tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom, li oġġettivament jistgħu jitkejlu bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività tal-finanzjament tat-teżor;

(c) 

it-tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ komoditajiet jew kwoti ta’ emissjonijiet jew derivattivi tagħhom li jipparteċipaw fihom biex jissodisfaw l-obbligi li jipprovdu likwidità f’ċentru tan-negozjar, fejn tali obbligi huma mitluba mill-awtoritajiet regolatorji f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, jew miċ-ċentri tan-negozjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.