+Artikolu 3 1.

Artikolu 3 1.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tad-domiċilju, sakemm l-attivitajiet ta’ dawn il-persuni jkunu awtorizzati u rregolati fil-livell nazzjonali, u dawk il-persuni:

(a) 

ma jkollhomx il-permess li jżommu l-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma jitħallewx fl-ebda ħin li jqegħdu lilhom infushom f’debitu mal-klijenti tagħhom;

(b) 

ma jkollhomx il-permess li jipprovdu l-ebda servizz ta’ investiment għajr li jirċievu u jittrasmettu l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-impriżi ta’ investiment kollettiv u/jew il-provvediment ta’ pariri dwar l-investimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti finanzjarji; u

(c) 

fil-perkors tal-forniment tas-servizz, ikollhom il-permess jittrażmettu ordnijiet biss lil:

(i) 

id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont din id-Direttiva;

(ii) 

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE;

(iii) 

il-friegħi tad-ditti ta’ investiment jew tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiż terz u li jkunu suġġetti għar-regoli prudenzjali ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala regoli stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fid-Direttiva 2013/36/UE;

(iv) 

l-impriżi għall-investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta’ Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(v) 

il-ditti ta’ investiment b’kapital fiss, kif definit fl-Artikolu 17(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 2012/30/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), li t-titoli tagħhom huma kkwotati jew innegozjati f’suq irregolat fi Stat Membru; jew

(d) 

jipprovdu servizzi ta’ investiment esklużivament f’komoditajiet, kwoti ta’ emissjonijiet u/jew derivattivi ta’ dawn għall-iskop waħdieni tal-hedging tar-riskji kummerċjali tal-klijenti tagħhom, meta dawk il-klijenti jkunu esklużivament impriżi lokali tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2(35) tad-Direttiva 2009/72/KE u/jew impriżi tal-gass naturali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/73/KE, u dment li dawk il-klijenti konġuntament ikollhom 100 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni ta’ dawk il-persuni, jeżerċitaw kontroll konġunt u jkunu eżenti taħt il-punt (j) tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva jekk iwettqu dawk is-servizzi ta’ investiment huma stess; jew

(e) 

jipprovdu servizzi ta’ investiment esklużivament fi kwoti ta’ emissjonijiet u/jew derivattivi ta’ dawn għall-iskop waħdieni tal-hedging tar-riskji kummerċjali tal-klijenti tagħhom, meta dawk il-klijenti jkunu esklużivament operaturi kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE, u dment li dawk il-klijenti konġuntament iżommu 100 % tad-drittijiet ta’ kapital jew ta’ votazzjoni ta’ dawk il-persuni, jeżerċitaw kontroll konġunt jew huma eżentati skont il-punt (j) tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva jekk iwettqu dawk is-servizzi ta’ investiment huma stess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.