+Artikolu 3 L-eżenzjonijiet fakultattivi
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.

Artikolu 3 L-eżenzjonijiet fakultattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tad-domiċilju, sakemm l-attivitajiet ta’ dawn il-persuni jkunu awtorizzati u rregolati fil-livell nazzjonali, u dawk il-persuni:

(a) 

ma jkollhomx il-permess li jżommu l-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma jitħallewx fl-ebda ħin li jqegħdu lilhom infushom f’debitu mal-klijenti tagħhom;

(b) 

ma jkollhomx il-permess li jipprovdu l-ebda servizz ta’ investiment għajr li jirċievu u jittrasmettu l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-impriżi ta’ investiment kollettiv u/jew il-provvediment ta’ pariri dwar l-investimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti finanzjarji; u

(c) 

fil-perkors tal-forniment tas-servizz, ikollhom il-permess jittrażmettu ordnijiet biss lil:

(i) 

id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont din id-Direttiva;

(ii) 

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE;

(iii) 

il-friegħi tad-ditti ta’ investiment jew tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiż terz u li jkunu suġġetti għar-regoli prudenzjali ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala regoli stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fid-Direttiva 2013/36/UE;

(iv) 

l-impriżi għall-investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta’ Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(v) 

il-ditti ta’ investiment b’kapital fiss, kif definit fl-Artikolu 17(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 2012/30/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), li t-titoli tagħhom huma kkwotati jew innegozjati f’suq irregolat fi Stat Membru; jew

(d) 

jipprovdu servizzi ta’ investiment esklużivament f’komoditajiet, kwoti ta’ emissjonijiet u/jew derivattivi ta’ dawn għall-iskop waħdieni tal-hedging tar-riskji kummerċjali tal-klijenti tagħhom, meta dawk il-klijenti jkunu esklużivament impriżi lokali tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2(35) tad-Direttiva 2009/72/KE u/jew impriżi tal-gass naturali kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/73/KE, u dment li dawk il-klijenti konġuntament ikollhom 100 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni ta’ dawk il-persuni, jeżerċitaw kontroll konġunt u jkunu eżenti taħt il-punt (j) tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva jekk iwettqu dawk is-servizzi ta’ investiment huma stess; jew

(e) 

jipprovdu servizzi ta’ investiment esklużivament fi kwoti ta’ emissjonijiet u/jew derivattivi ta’ dawn għall-iskop waħdieni tal-hedging tar-riskji kummerċjali tal-klijenti tagħhom, meta dawk il-klijenti jkunu esklużivament operaturi kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE, u dment li dawk il-klijenti konġuntament iżommu 100 % tad-drittijiet ta’ kapital jew ta’ votazzjoni ta’ dawk il-persuni, jeżerċitaw kontroll konġunt jew huma eżentati skont il-punt (j) tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva jekk iwettqu dawk is-servizzi ta’ investiment huma stess.

Artikolu 3 2.

Ir-reġimi tal-Istati Membri għandhom jissottomettu l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għal rekwiżiti li jkunu tal-inqas analogi għar-rekwiżiti li ġejjin skont din id-Direttiva:

(a) 

il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni kontinwa kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3), l-Artikoli 7 sa 10, 21, 22 u 23 u l-atti delegati korrispondenti miżuriadottati mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 89;

(b) 

l-obbligi tal-kondotta tan-negozju kif stabbiliti fl-Artikolu 24(1), (3), (4), (5), (7) u (10), fl-Artikolu 25(2), (5) u (6), u, fejn is-sistema nazzjonali tippermetti li dawk il-persuni jaħtru aġenti marbuta, fl-Artikolu 29, u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni rispettivi;

(c) 

Rekwiżiti organizzativi kif stipulat fl-ewwel, fis-sitt u fis-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 16(3), u fl-Artikolu 16(6) u (7) u fl-atti delegati korrispondenti adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 89.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-persuni eżentati minn din id-Drettiva skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ikunu koperti bi skema ta’ kumpens għall-investitur li tkun rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditti ta’ investiment ma jkunux koperti minn din l-iskema bil-kundizzjoni li jkollhom assigurazzjoni tal-indennità professjonali li permezz tagħha, billi jitqiesu d-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura ġuridika tal-persuni eżentati f’konformita’ mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tiġi żgurata protezzjoni ekwivalenti għall-klijenti tagħhom.

B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri li diġà jkollhom tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi qabel it-2 ta' Lulju 2014, jistgħu sat-3 ta' Lulju 2019 jirrikjedu li fejn il-persuni eżentati minn din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jipprovdu s-servizzi ta’ investiment tar-riċezzjoni u tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet u/jew tal-provvista ta’ pariri dwar l-investiment f’unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettivi u jaġixxu bħala intermedjarju ma’ ditti ta’ maniġment kif definit fid-Direttiva 2009/65/KE, dawk il-persuni għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt u in solidum mal-kumpanija ta’maniġment għal kwalunkwe dannu magħmul lill-klijent b’rabta ma’ dawk is-servizzi.

Artikolu 3 3.
Il-persuni eżentati minn din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 m’għandhomx jibbenefikaw mil-libertà li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet jew li jistabbilixxu friegħi kif ipprovdut fl-Artikoli 34 u 35 rispettivament.
Artikolu 3 4.
L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-AETS jekk ikunux qed jużaw l-għażla mogħtija f’dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw li kull awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 1 issemmi li din ingħatat f’konformita’ ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 3 5.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill- AETS id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jixbhu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva mniżżlin fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.