|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Għall-finijiet ta ‘din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
(1)
“ditta tal-investiment” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li x-xogħol jew in-negozju regolari tagħha huwa l-forniment ta’ servizz ta’ investiment wieħed jew aktar lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività ta’ investiment waħda jew aktar fuq bażi professjonali. L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-impriżi li mhumiex persuna ġuridika, jekk:
(a)
l-istatus ġuridiku tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak li jista’ jingħata minn persuni ġuridiċi, u
(b)
huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma ġuridika tagħhom. Madankollu, meta persuna fiżika tipprovdi servizzi li jinvolvu ż-żamma ta’ fondi jew titoli trasferibbli ta’ partijiet terzi, dik il-persuna tista’ titqies bħala ditta tal-investimenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 biss jekk, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra imposti f’din id-Direttiva, fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fid-Direttiva 2013/36/UE, dik il-persuna tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
id-drittijiet ta’ sjieda tal-partijiet terzi fi strumenti u fondi jridu jiġu salvagwardjati, partikolarment f’każ ta’ insolvenza tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha, teħid, tpaċija jew kwalunkwe azzjoni oħra mill-kredituri tad-ditta jew tas-sidien tagħha;
(b)
id-ditta trid tkun soġġetta għal regoli mfassla sabiex jimmonitorjaw is-solvenza tad-ditta u dik tas-sidien tagħha;
(c)
il-kontijiet annwali tad-ditta jridu jiġi vverifikati minn persuna waħda jew aktar li għandha s-setgħa, skont il-liġi nazzjonali, jivverifikaw il-kontijiet;
(d)
fejn id-ditta għandha sid wieħed biss, dik il-persuna għandha tipprovdi għall-protezzjoni tal-investituri f’każ ta’ ċessjoni tan-negozju tad-ditta wara l-mewt jew l-inkapaċità tas-sid, jew kwalukwe avveniment simili;
(2)
“servizzi u attivitajiet ta’ investiment” tfisser kull wieħed jew waħda mis-servizzi u l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 89, b’miżuri li jispeċifikaw:
(a)
Il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima C.6 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ that have the characteristics of prodotti ta’ enerġija bl-ingrossa li jridu jiġu saldati b’mod fiżiku u l-kuntratti tad-derivati tal-enerġija C.6;
(b)
il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima C.7 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivattivi;
(c)
il-kuntratti tad-derivati msemmija fi-Taqsima C.10 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivati, filwaqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, jekk jiġu nnegozjati f’suq irregolat, MTF jew OTF;
(3)
“servizzi anċillari” tfisser kull wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I;
(4)
“parir dwar l-investiment” tfisser il-provvediment ta’ rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta ta’ investiment, rigward tranżazzjoni jew iktar li jkollhom x’jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji;
(5)
“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti” tfisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti u jinkludi l-konklużjoni ta’ ftehimiet sabiex jinbiegħu strumenti finanzjarji maħruġa minn ditta ta’ investiment jew istituzzjoni ta’ kreditu hekk kif jinħarġu;
(6)
“negozjar akkont proprju” tfisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;
(7)
“ġeneratur tas-suq” tfisser persuna li żżomm lilha nfisha fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwa bħala persuna li lesta tinnegozja f’isimha stess billi tixtri u tbiegħ strumenti finanzjarji fuq il-kapital proprjetarju ta’ dik il-persuna bi prezzijiet iddefiniti minn dik il-persuna;
(8)
“ġestjoni tal-portafoll” tfisser l-immaniġġjar tal-portafolli skont il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent klijent, meta dawn il-portafolli jkunu jinkludu strument finanzjarju wieħed jew iktar;
(8a)
“il-bdil ta’ strumenti finanzjarji’” tfisser il-bejgħ ta’ strument finanzjarju u x-xiri ta’ strument finanzjarju ieħor jew l-eżerċitar ta’ dritt li jsir tibdil fir-rigward ta’ strument finanzjarju eżistenti;
(9)
“klijent” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li lilha ditta ta’ investiment tipprovdilha servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari;
(10)
“klijent professjonali” tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabiliti fl-Anness II;
(11)
“klijent mhux professjonali” tfisser klijent li ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ klijent professjonali;
(12)
“suq tal-SMEs li qed jespandi” tfisser MTF, jew segment ta’ MTF, li hija rreġistrata bħala suq tal-SMEs li qed jespandi f’konformità mal-Artikolu 33;
(13)
“intrapriżi żgħir u medji” għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, tfisser kumpaniji li kellhom medja ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ inqas minn EUR 200 000 000 fuq il-bażi ta’ kwoti ta’ tmiem is-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti;
(14)
“ordni tal-limitu” tfisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat;
(15)
“strument finanzjarju” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I, inklużi tali strumenti maħruġa permezz tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit;
(16)
“kuntratti tad-derivati tal-enerġija C.6” tfisser opzjonijiet, futuri, swaps, u kull kuntratt ieħor tad-derivati msemmi fit-Taqsima C.6 tal-Anness I li jirrigwardaw il-faħam u ż-żejt li jiġi nnegozjat f’OTF u jrid jiġi saldat b’mod fiżiku;
(17)
“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser dawk il-klassijiet ta’ strumenti li jiġu normalment ikkummerċjati fis-suq tal-flus, bħalma huma l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati tad-depożitu u studji kummerċjali u strumenti li jeskludu l-ħlas;
(18)
“operatur tas-suq” tfisser persuna jew persuni li jimmaniġjaw u/jew joperaw in-negozju ta’ suq regolat u jista’ jkun is-suq regolat stess;
(19)
“sistema multilaterali” tfisser sistema multilaterali kif iddefinita fl-Artikolu 2(1), il-punt (11), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(20)
“internalizzatur sistematiku” tfisser ditta tal-investiment li, fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika, tinnegozja f’isimha fi strumenti ta’ ekwità billi teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat, MTF jew OTF, mingħajr ma topera sistema multilaterali, jew li tidħol fi status ta’ internalizzatur sistematiku;
(21)
“suq regolat” tfisser sistema multilaterali operata u/jew immaniġjata minn operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien jew tiffaċilita l-proċess sabiex jingħaqdu flimkien l-interessi ta’ bejgħ u xiri ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji tagħha – b’mod li jirriżulta f’kuntratt, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar taħt ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hija awtorizzata u taħdem b’mod regolari u skont it-Titolu III ta’ din id-Direttiva;
(22)
“faċilità multilaterali tan-negozjar” (multilateral trading facility) jew “MTF” tfisser sistema multilaterali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji – b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II ta’ din id-Direttiva;
(23)
“faċilità organizzata tan-negozjar” (organised trading facility) jew “OTF” tfisser sistema multilaterali, li mhijiex suq regolat jew MTF u li fiha interessi multipli ta’ xiri u bejħ ta’ partijiet terzi f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti ta’ emissjonijiet jew derivati jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II ta’ din id-Direttiva;
(24)
“ċentru ta’ negozjar” tfisser suq regolat, MTF jew OTF;
(25)
“suq likwidu” tfisser suq għal strument finanzjarju jew klassi ta’ strumenti finanzjarji, fejn ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u disponibbli fuq bażi kontinwa, ivvalutat f’konformita’ mal-kriterji li ġejjin, b’kont meħud tal-istrutturi speċifiċi tas-suq tal-istrument finanzjarju partikolari jew tal-klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji:
(a)
il-frekwenza u d-daqs medji tat-tranżazzjonijiet fuq firxa ta’ kondizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-natura u ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti fil-klassi ta’ strument finanzjarji;
(b)
l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti fis-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq għall-istrumenti nnegozjati fi prodott partikolari;
(c)
id-daqs medju tal-firxiet, fejn disponibbli;
(26)
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità nnominata minn kull wieħed mill-Istati Membri skont l-Artikolu 67, għajr jekk ikun speċifikat xort’oħra f’din id-Direttiva;
(27)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif imfissra fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(28)
“kumpanija tal-ġestjoni tal-UCITS” tfisser kumpanija tal-ġestjoni kif iddefinita fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(29)
“aġent marbut” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, taħt ir-responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata ta’ ditta waħda biss ta’ investiment li f’isimha tkun qed taġixxi, tippromwovi servizzi ta’ investiment u/jew servizzi sekondarji lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi, tirċievi u tittrażmetti struzzjonijiet jew ordnijiet mill-klijent rigward is-servizzi ta’ investiment jew l-istrumenti finanzjarji, tqiegħed l-istrumenti finanzjarji jew tipprovdi pariri lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi rigward dawn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji;
(30)
“fergħa” tfisser post tal-kummerċ għajr l-uffiċċju prinċipali li jagħmel parti minn ditta ta’ investiment, li ma għandux personalità legali u li jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta’ investiment u li jista’ wkoll iwettaq servizzi sekondarji li għalihom tkun ġiet awtorizzata d-ditta ta’ investiment; il-postijiet kollha tal-kummerċ li ditta ta’ investiment li jkollha l-kwartieri ġenerali fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi fl-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;
(31)
“parteċipazzjoni kwalifikattiva” tfisser parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’ditta ta’ investiment li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tad-ditta ta’ investiment li fiha jkun hemm din il-parteċipazzjoni;
(32)
“intrapriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali fit-tifsira tal-Artikoli 2(9) u 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(33)
“sussidjarja” tfisser intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 2(10) u 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluż kwalunkwe sussidjarja ta’ intrapriża sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali li hi l-kap ta’ tali intrapriżi;
(34)
“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(35)
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar ikunu marbuta permezz ta’:
(a)
“parteċipazzjoni” fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
(b)
“kontroll” li tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża, fejn kull impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja tiġi meqjusa wkoll li tkun sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun il-kap ta’ dawk l-intrapriżi;
(c)
rabta permanenti tat-tnejn li huma jew tagħhom kollha mal-istess persuna permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;
(36)
“korp maniġerjali” tfisser il-korp jew il-korpi ta’ ditta tal-investiment, operatur tas-suq, jew fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data kif definit fil-punt (36a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, li jinħatru f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u jinkludu persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-entità. Fejn din id-Direttiva tirreferi għall-korp maniġerjali u, skont il-liġi nazzjonali, il-funzjonijiet ta’ ġestjoni u superviżorji tal-korp maniġerjali jkunu assenjati lil korpi differenti jew membri differenti fi ħdan korp wieħed, l-Istat Membru għandu jidentifika l-korpi jew il-membri tal-korp maniġerjali responsabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn din id-Direttiva;
(37)
“maniġment superjuri” tfisser persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi f’ditta tal-investiment, operatur tas-suq, jew fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ data kif definit fil-punt (36a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u li jkunu responsabbli u jwieġbu lill-korp maniġerjali għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-entità, inkluż għall-implimentazzjoni tal-politiki dwar id-distribuzzjoni ta’ servizzi u prodotti lil klijenti mid-ditta u l-persunal tagħha;
(38)
“negozjar matched principal” tfisser tranżazzjoni fejn il-faċilitatur jinterponi lilhu nnifsu bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ għat-tranżazzjoni b’tali mod li qatt ma tkun esposta għal riskju tas-suq waqt l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, biż-żewġ naħat eżegwiti simultanjament, u fejn i t-tranżazzjoni tiġi konkluża bi prezz fejn il-faċilitatur ma jagħmel l-ebda profitt jew telf, għajr kummissjoni, tariffa jew ħlas żvelati preċedentement għat-tranżazzjoni;
(39)
“negozjar algoritmiku” tfisser kummerċ bi strumenti finanzjarji fejn algoritmu ta’ kompjuter jiddetermina b’mod awtomatiku parametri ta’ ordnijiet bħal jekk għandhiex tinbeda l-ordni, iż-żmien, prezz jew kwantità tal-ordni jew kif timmaniġġa l-ordni wara s-sottomissjoni tagħha, bi ftit jew mingħajr intervent uman u ma tinkludi l-ebda sistema li tintuża biss biex tidderieġi l-ordnijiet f’ċentru jew ċentri tan-negozjar jew għall-ipproċessar tal-ordnijiet li ma jinvolvu ebda determinazzjoni ta’ parametri ta’ kummerċ jew konferma tal-ordnijiet jew l-ipproċessar wara l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet imwettqa;
(40)
“teknika ta’ negozjar algoritmiku bi frekwenza għolja” tfisser teknika ta’ negozjar algoritmiku kkaratterizzata minn:
(a)
infrastruttura maħsuba biex jiġu minimizzati latenzi ta’ netwerk u tipi oħra ta’ latenzi, inklużi mill-anqas waħda mill-faċilitajiet li ġejjin għad-dħul ta’ ordni algoritmiku: kolokazzjoni, proximity hosting jew aċċess elettroniku dirett b’veloċità għolja;
(b)
determinazzjoni ta’ sistema ta’ bidu, ġenerazzjoni, direzzjoni jew eżekuzzjoni ta’ ordni mingħajr intervent mill-bniedem għal negozji jew ordnijiet individwali; u
(c)
rati għolja ta’ messaġġi fl-istess jum li jikkostitwixxu ordnijiet, kwoti jew kanċellazzjonijiet;
(41)
“aċċess elettroniku dirett” tfisser arranġement fejn membru jew parteċipant jew klijent ta’ ċentru tan-negozjar jippermetti li persuna tuża l-kodiċi kummerċjali tiegħu biex dik il-persuna tkun tista’ tittrażmetti elettronikament ordnijiet marbuta ma’ strument finanzjarju direttament liċ-ċentru tan-negozjar u tinkludi arranġamenti li jinvolvu l-użu minn persuna tal-infrastruttura tal-membru jew tal-parteċipant jew il-klijent, jew kwalunkwe sistema ta’ konnessjoni pprovduta mill-membru jew parteċipant jew il-klijent, biex jittrasmetti l-ordnijiet (aċċess dirett għas-suq) kif ukoll arranġamenti fejn tali infrastruttura ma tintużax minn persuna (aċċess sponsorjat);
(42)
“prattika ta’ bejgħ inkroċat” tfisser li jiġi offrut servizz ta’ investiment flimkien ma servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kondizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett;
►C1
(43)
“depożitu strutturat” tfisser depożitu kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ◄ ( 7 ) li huwa ripagabbli kollu kemm hu fil-maturità f’termini li taħthom kwalunkwe interess jew primjum ser jitħallas jew qiegħed f’riskju skont formula li tinvolvi fatturi bħal:
(a)
indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċijiet, bl-esklużjoni ta’ depożiti ta’ rata varjabbli li r-redditu tagħhom huwa marbut direttament ma’ indiċi ta’ rati ta’ interess bħall-Euribor jew il-Libor;
(b)
strument finanzjarju jew kombinazzjoni ta’ strumenti finanzjarji;
(c)
komodità jew kombinament ta’ komoditajiet jew assi fiżiċi jew nonfiżiċi mhux funġibbli oħrajn; jew
(d)
rata tal-kambju barranija jew kombinazzjoni ta’ rati tal-kambju barranin;
(44)
“titoli trasferibbli” tfisser dawk il-klassijiet ta’ titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti ta’ ħlas, bħal:
(a)
ishma f’kumpaniji u titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u l-irċevuti ta’ depożiti fir-rigward ta’ ishma;
(b)
bonds jew forom oħra ta’ dejn titolizzat, inklużi l-irċevuti ta’ depożiti fir-rigward ta’ tali titoli;
(c)
kull titolu ieħor li jagħti d-dritt għax-xiri jew bejgħ ta’ kwalunkwe tali titolu trasferibbli jew li jwassal għal saldu fi flus determinat minn referenza għal titoli trasferibbli, muniti, rati tal-imgħax jew renditi, komoditajiet jew indiċi jew miżuri oħra;
(44a)
“klawżola make-whole” tfisser klawżola li għandha l-għan li tipproteġi lill-investitur billi tiżgura li, fil-każ ta’ tifdija bikrija ta’ bond, l-emittent ikun meħtieġ iħallas lill-investitur li jkollu l-bond ammont ugwali għas-somma tal-valur nett attwali tal-pagamenti tal-kupun li jifdal mistennija sal-maturità u l-ammont prinċipali tal-bond li għandu jinfeda;
(45)
“irċevuti tad-depożiti” tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li jirrappreżentaw sjieda tat-titoli ta’ emittent mhux domiċiljat filwaqt li jkunu jistgħu jiġu ammessi għal negozjar f’suq regolat u negozjati indipendentement mit-titoli tal-emittent mhux domiċiljat;
(46)
“fond negozjat fil-borża” tfisser fond li għall-anqas unità waħda jew klassi ta’ ishma minnu tkun innegozjata matul il-jum għall-anqas f’ċentru tan-negozjar wieħed u b’mill-anqas ġeneratur wieħed tas-suq li jieħu azzjoni biex jiġi żgurat li l-prezz tal-unitajiet jew l-ishma tiegħu fiċ-ċentru tan-negozjar ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-valur nett tal-assi tiegħu u, fejn applikabbli, mill-valur nett indikattiv tal-assi tiegħu;
(47)
“ċertifikati” tfisser ċertifikati kif definit fl-Artikolu 2(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(48)
“prodotti strutturati ta’ finanzjar” tfisser prodotti strutturati ta’ finanzjar kif definit fl-Artikolu 2(1)(28) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(49)
“derivati” tfisser derivati kif definit fl-Artikolu 2(1)(29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(50)
“derivati ta’ komoditajiet” tfisser derivati ta’ komoditajiet kif definit fl-Artikolu 2 (1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(51)
“CCP” tfisser CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; ▼M6 —————
(55)
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser:
(a)
fil-każ tad-ditti tal-investiment:
(i)
jekk id-ditta tal-investiment hija persuna fiżika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
(ii)
jekk id-ditta tal-investiment hija persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat tagħha;
(iii)
jekk id-ditta tal-investiment ma jkollha l-ebda uffiċċju rreġistrat skont il-liġi nazzjonali tagħha, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
(b)
fil-każ ta’ suq regolat, l-Istat Membru li fih ikun irreġistrat is-suq regolat jew, jekk skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru ma jkollha l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tas-suq regolat; ▼M6 —————
(56)
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru, għajr l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih ditta tal-investiment ikollha fergħa jew tipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta’ investiment, jew l-Istat Membru li fih suq regolat jipprovdi l-arranġamenti xierqa sabiex jiffaċilita l-aċċess mill-bogħod għan-negozjar fuq is-sistema tiegħu minn membri jew parteċipanti stabbiliti f’dak l-istess Stat Membru;
(57)
“ditta ta’ pajjiż terz” tfisser ditta li tkun istituzzjoni ta’ kreditu li tipporvdi servizzi ta’ investiment jew li twettaq attivitajiet ta’ investiment jew ditta tal-investiment jekk l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tagħha jkunu fl-Unjoni.
(58)
“prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi” tfisser prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operaturi kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;
(59)
“derivattivi ta’ komoditajiet agrikoli” tfisser kuntratti ta’ derivattivi marbuta mal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Anness I, Parti I sa XX u XXIV/1 għalih ( 8 ), kif ukoll mal-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
(60)
“emittent sovran” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin li joħroġ strumenti ta’ dejn:
(i)
l-Unjoni;
(ii)
Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali tal-Istat Membru;
(iii)
fil-każ ta’ Stat Membru federali, il-membri tal-federazzjoni;
(iv)
vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;
(v)
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mhedda minn problemi finanzjarji severi; jew
(vi)
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(61)
“dejn sovran” tfisser strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;
(62)
“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li:
(a)
jippermetti lil klijent li jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li jkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u
(b)
jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;
(62a)
“format elettroniku” tfisser kwalunkwe mezz durabbli ieħor għajr b’mod stampat; ▼M6 —————
(64)
“depożitorju ċentrali tat-titoli” jew “CSD” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
(65)
“grupp predominantement kummerċjali” tfisser kwalunkwe grupp li n-negozju ewlieni tiegħu jkun il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment fis-sens ta’ din id-Direttiva, jew it-twettiq ta’ kwalunkwe attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, jew li jaġixxi bħala ġeneratur tas-suq għad-derivattivi tal-komoditajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|