+Artikolu 7 Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta’ talbiet għal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta’ talbiet għal-awtorizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni sakemm u qabel ma jasal iż-żmien li tkun issodisfata kompletament li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha skont id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva.
Artikolu 7 2.
Id-ditta ta’ investiment għandha tipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operat tagħha li jagħti, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta’ kummerċ previsti u l-istruttura tal-organizzazzjoni, meħtieġ sabiex jgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa ruħha illi d-ditta ta’ investiment tkun stabbilixxiet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 7 3.
L-applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew le.
Artikolu 7 4.

L- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b) 

ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tad-ditti ta’ investiment skont l-Artikolu 9(6) u l-informazzjoni għan-notifiki skont l-Artikolu 9(5);

(c) 

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 10(1) u (2).

L- AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7 5.
L- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tat-tagħrif previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l–Artikolu u fl-Artikolu 9(5).

L- AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.