+Artikolu 9 Korp maniġerjali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Korp maniġerjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jagħtu l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 għandhom jiżguraw li d-ditti ta’ investiment u l-korpi maniġerjali tagħhom ikunu konformi mal-Artikoli 88 u 91 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-AETS u l- ABE għandhom jadottaw b’mod konġunt il-linji gwida dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 91(12) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Meta tingħata l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lil membri tal-korp maniġerjali li jkollhom kariga addizjonali ta’ direttur mhux eżekuttiv minbarra dawk permessi bl-Artikolu 91(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b’mod regolari lill-AETS dwar tali awtorizzazzjonijiet. L-ABE u l-AETS għandhom jikkoordinaw il-ġbir ta’ informazzjoni prevista mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-Artikolu 91(6) tad-Direttiva 2013/36/UE b’rabta mad-ditti ta’ investiment.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali ta’ ditta ta’ investiment jiddefinixxi, jissorvejla u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tad-ditta ta’ investiment inkluża s-segregazzjoni tal-obbligi fid-ditta ta’ investiment u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, dawk l-arranġamenti għandhom ukoll jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddefinixxi, japprova u jissorvelja:
(a)
l-organizzazzjoni tad-ditta għall-provvista ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, inkluż il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa tal-persunal, ir-riżorsi, il-proċeduri u l-arranġamenti għall-provvista ta’ servizzi u attiviatjiet mid-ditta, wara li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħha u r-rekwiżiti kollha li d-ditta għandha tkun konformi magħhom;
(b)
linja politika fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet, prodotti u operazzjonijiet offruti jew ipprovduti, skont it-tolleranza tar-riskju tad-ditta u l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-klijenti tad-ditta li lilhom se jkun offruti jew ipprovduti inkluż l-ittestjar ta’ stress, fejn meħtieġ;
(c)
politika ta’ remunerazzjoni tal-persuni involuti fil-provvista ta’ servizzi lil klijenti li jkollha l-għan li tħeġġeġ imġieba responsabbli fin-negozju, trattament ġust tal-klijenti kif ukoll l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess fir-relazzjonijiet mal-klijenti.
Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi tad-ditta fil-provvista ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ governanza tad-ditta ta’ investiment u l-adegwatezza tal-linji ta’ politika marbuta mal-provvista tas-servizzi lill-klijenti u jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza kwalunkwe nuqqasijiet. Membri tal-korp maniġerjali għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta illi l-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta ta’ investiment għandhom reputazzjoni tajba biżżejjed, biżżejjed għarfien, kapaċitajiet u esperjenza, u jiddedikaw biżżejjed ħin għat-twettiq ta’ dmirijiethom fid-ditta ta’ investiment, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-korp maniġerjali tad-ditta jista’ jkun ta’ theddida għall-ġestjoni effettiva, soda u prudenti tagħha u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tagħha u tal-integrità tas-suq.
|
|
Artikolu 9 5.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditta ta’ investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u b’kull bidla fis-sħubija tagħha, flimkien mat-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġi vvalutat jekk id-ditta tkunx konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi mill-inqas żewġ persuni li jissodifaw il ħtriġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tad-ditta ta’ investiment applikanta. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni lid-ditti ta’ investiment li huma persuni fiżiċi jew lid-ditti ta’ investiment li huma persuni ġuridiċi amministrati minn persuna fiżika waħda skont ir-regoli tal-kostituzzjoni tagħhom u l-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jeħtieġu illi:
(a)
jkun hemm fis-seħħ arranġamenti alternattivi sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta’ dawn id-ditti ta’ investiment u l-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti u tal-integrità tas-suq;
(b)
l-persuni fiżiċi kkonċernati jkollhom biżżejjed fama tajba, biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza, u li huma jqattgħu biżżejjed ħin iwettqu dmirijiethom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|