+Artikolu 9 3.

Artikolu 9 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali ta’ ditta ta’ investiment jiddefinixxi, jissorvejla u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti tal-governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tad-ditta ta’ investiment inkluża s-segregazzjoni tal-obbligi fid-ditta ta’ investiment u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, dawk l-arranġamenti għandhom ukoll jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddefinixxi, japprova u jissorvelja:

(a) 

l-organizzazzjoni tad-ditta għall-provvista ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, inkluż il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa tal-persunal, ir-riżorsi, il-proċeduri u l-arranġamenti għall-provvista ta’ servizzi u attiviatjiet mid-ditta, wara li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħha u r-rekwiżiti kollha li d-ditta għandha tkun konformi magħhom;

(b) 

linja politika fir-rigward ta’ servizzi, attivitajiet, prodotti u operazzjonijiet offruti jew ipprovduti, skont it-tolleranza tar-riskju tad-ditta u l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-klijenti tad-ditta li lilhom se jkun offruti jew ipprovduti inkluż l-ittestjar ta’ stress, fejn meħtieġ;

(c) 

politika ta’ remunerazzjoni tal-persuni involuti fil-provvista ta’ servizzi lil klijenti li jkollha l-għan li tħeġġeġ imġieba responsabbli fin-negozju, trattament ġust tal-klijenti kif ukoll l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess fir-relazzjonijiet mal-klijenti.

Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi tad-ditta fil-provvista ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ governanza tad-ditta ta’ investiment u l-adegwatezza tal-linji ta’ politika marbuta mal-provvista tas-servizzi lill-klijenti u jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza kwalunkwe nuqqasijiet.

Membri tal-korp maniġerjali għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jissorveljaw u jimmonitorjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.