+Artikolu 10 Azzjonisti u membri b’holdings li jikkwalifikaw
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Azzjonisti u membri b’holdings li jikkwalifikaw
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw il-provvediment ta’ servizzi jew il-prestazzjoni ta’ attivitajiet ta’ investiment minn ditta ta’ investiment sakemm ma jkunux ġew mgħarrfa bl-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, kemm jekk ikunu diretti kif ukoll indiretti, u kemm jekk ikunu persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u l-ammonti ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, wara li jqisu l-ħtieġa li tkun żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta’ ditta ta’ investiment, ma jkunux issodisfati rigward kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri li jkollhom il-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi. Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn ditta ta’ investiment u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħhom l-impriża għandha rabtiet mill-qrib, jew jekk diffikultajiet marbuta mal-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħha.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 x’aktarx tkun ta’ preġudizzju għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tad-ditta ta’ investiment, l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri x-xierqa sabiex iġġib din is-sitwazzjoni fi tmiema. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji jew l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-immaniġjar, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri konċernati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|