+Artikolu 17 1.
|
Artikolu 17 1.
Ditta ta' investiment li tipparteċipa f'negozjar algoritmiku għandu jkollha sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji adatti għan-negozju li tkun topera biex tiżgura li s-sistemi tan-negozjar tagħha jkunu reżiljenti u jkollhom biżżejjed kapaċità f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, ikunu suġġetti għal livelli limitu u limiti adegwati u tipprevjeni li jintbagħtu ordnijiet żbaljati jew li s-sistemi jiffunzjonaw b'tali mod li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat. Tali ditta għandu jkollha wkoll sistemi u kontrolli tar-riskji effettivi biex tiżgura li s-sistemi tan-negozjar ma jkunux jistgħu jintużaw għal kwalunkwe għan li jkun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew għar-regoli ta' ċentru tan-negozjar li hija konnessa miegħu. Id-ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti ta' kontinwità tal-operat effettivi biex tittratta kwalunkwe falliment tas-sistemi tal-kummerċ tagħha, inkluż politika u pjanijiet ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2554, u għandha tiżgura li s-sistemi tagħha jkunu ttestjati b'mod sħiħ u mmonitorjati kif xieraq biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f'dan il-paragrafu u kwalunkwe rekwiżit speċifiku stabbilit fil-Kapitoli II u IV tar-Regolament (UE) 2022/2554.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|