+Artikolu 17 In-negozjar algoritmiku
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.

Artikolu 17 In-negozjar algoritmiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Ditta ta' investiment li tipparteċipa f'negozjar algoritmiku għandu jkollha sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji adatti għan-negozju li tkun topera biex tiżgura li s-sistemi tan-negozjar tagħha jkunu reżiljenti u jkollhom biżżejjed kapaċità f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, ikunu suġġetti għal livelli limitu u limiti adegwati u tipprevjeni li jintbagħtu ordnijiet żbaljati jew li s-sistemi jiffunzjonaw b'tali mod li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat.

Tali ditta għandu jkollha wkoll sistemi u kontrolli tar-riskji effettivi biex tiżgura li s-sistemi tan-negozjar ma jkunux jistgħu jintużaw għal kwalunkwe għan li jkun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew għar-regoli ta' ċentru tan-negozjar li hija konnessa miegħu.

Id-ditta ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ arranġamenti ta' kontinwità tal-operat effettivi biex tittratta kwalunkwe falliment tas-sistemi tal-kummerċ tagħha, inkluż politika u pjanijiet ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/2554, u għandha tiżgura li s-sistemi tagħha jkunu ttestjati b'mod sħiħ u mmonitorjati kif xieraq biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f'dan il-paragrafu u kwalunkwe rekwiżit speċifiku stabbilit fil-Kapitoli II u IV tar-Regolament (UE) 2022/2554.

Artikolu 17 2.
Ditta ta’ investiment impenjata f’negozjar algoritmiku fi Stat Membru għandha tinnotifika dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u biċ-ċentru ta’ negozjar fejn id-ditta ta’ investiment hija impenjata f’negozjar algoritmiku bħala membru jew parteċipant fiċ-ċentru ta’ negozjar.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment, tista’ tirrikjedi lid-ditta ta’ investiment biex tipprovdi, fuq bażi regolari jew ad-hoc, deskrizzjoni tan-natura tal-istrateġiji tan-negozjar algoritmiku tagħha, dettalji tal-parametri jew tal-limiti tal-kummerċ li s-sistema hija soġġetta għalihom, il-kontrolli ewlenin ta’ konformità u tar-riskji li għandha fis-seħħ biex tiżgura li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 huma ssodisfati u dettalji tal-ittestjar tas-sistemi tagħha. L-awtorità kompetenti tal-istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment tista’, fi kwalunkwe żmien, titlob aktar informazzjoni minn ditta ta’ investiment dwar in-negozjar algoritmiku tagħha u s-sistemi użati għal dak in-negozjar.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment għandha, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ ċentru ta’ negozjar fejn id-ditta ta’ investiment bħala membru jew parteċipant fiċ-ċentru ta’ negozjar hija impenjata f’negozjar algoritmiku u mingħajr dewmien żejjed, tikkomunika l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu li hija tirċievi mid-ditta ta’ investiment impenjata f’negozjar algoritmiku.

Id-ditta ta’ investiment għandha tagħmel l-arranġamenti biex jinżammu r-rekords b’rabta mal-kwistjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, u għandha tiżgura li dawk ir-rekords ikunu bizzejjed biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Ditta ta’ investiment li topera teknika ta’ kummerċ algoritmiku bi frekwenza għolja għandha taħżen f’forma approvata rekords preċiżi u sekwenzjati skont il-ħin tal-ordnijiet kollha, inklużi l-kanċellazzjonijiet tal-ordnijiet, l-ordnijiet eżegwiti u l-istimi fuq ċentri tan-negozjar, u għandha tagħmilhom disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba.

Artikolu 17 3.

Ditta ta’ investiment li topera fil-kummerċ algoritmiku biex issegwi strateġija ta’ ġenerazzjoni tas-suq għandha, b’kont meħud tal-likwidità, l-iskala u n-natura tas-suq speċifiku u l-karatteristiċi tal-istrument kummerċjalizzat:

(a) 

twettaq din il-ġenerazzjoni tas-suq kontinwament matul proporzjon speċifikat tal-ħinijiet ta’ negozjar taċ-ċentru ta’ negozjar, minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità fuq bażi regolari u prevedibbli liċ-ċentru ta’ negozjar;

(b) 

tidħol fi ftehim bil-miktub vinkolanti maċ-ċentru ta’ negozjar li, mill-inqas, għandu jispeċifika l-obbligi tad-ditta ta’ investiment bi qbil mal-punt (a); u

(c) 

ikollha fis-seħħ sistemi u kontrolli tar-riskju effettivi biex tiżgura li tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehim vinkolanti bil-miktub imsemmi fil-punt (b) f’kull waqt.

Artikolu 17 4.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 48 ta’ din id-Direttiva, ditta ta’ investiment li tkun impenjata f’negozjar algoritmiku għandha tiġi kkunsidrata li tkun qed issegwi strateġija ta’ ġenerazzjoni tas-suq meta, bħala membru jew parteċipant f’ċentru ta’ negozjar wieħed jew aktar, l-istrateġija tagħha, meta ►C4  negozjar akkont proprju ◄ , tinvolvi li tagħti kwoti fuq żewġ binarji, sodi u simultanji, ta’ daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar fuq ċentru ta’ negozjar wieħed jew f’ċentri ta’ negozjar differenti, bir-riżultat li tipprovdi likwidità fuq bażi regolari u frekwenti għas-suq ġenerali.
Artikolu 17 5.
Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għal ċentru tan-negozjar għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw valutazzjoni u reviżjoni xierqa tal-adattabilità tal-klijenti li jużaw is-servizzi, li klijenti ma jitħallewx jaqbżu livelli limitu ffissati minn qabel għal kummerċ u kreditu, li l-kummerċ minn klijenti li jużaw is-servizz huwa mmonitorjat kif xieraq u li kontrolli tar-riskju xierqa li jipprevjenu li jsir kummerċ li jista’ joħloq riskji lid-ditta ta’ investiment innifisha jew li jista’ joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat jew jista’ ikun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar. Aċċess elettroniku dirett mingħajr dawn il-kontrolli huwa pprojbit.

Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għandha tkun responsabbli biex tiżguralil-klijenti li jużaw dak is-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u mar-regoli taċ-ċentru ta’ negozjar. Id-ditta ta’ investiment għandha timmonitorja t-tranżazzjonijiet sabiex tidentifika ksur ta’ dawk ir-regoli, kundizzjonijiet tan-negozjar jew imġiba diżordinati li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u li għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti. Id-ditta ta’ investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub vinkolanti bejn id-ditta ta’ investiment u l-klijent rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jirriżultaw mill-għoti tas-servizz u li skont il-ftehim id-ditta ta’ investiment żżomm ir-responsabbiltà skont id-Direttiva.

Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għal ċentru ta’ negozjar għandha tinnotifika b’danlill-aworitajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u biċ-ċentru ta’ negozjar fejn id-ditta ta’ investiment tipprovdi aċċess elettroniku dirett.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment tista’ tirrikjedi li d-ditta tipprovdi, fuq bażi regolari jew ad-hoc, deskrizzjoni tas-sistemi u l-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu u provi li dawk ġew applikati.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment għandha, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ ċentru ta’ negozjar fir-rigward ta’ liema d-ditta ta’ investment tipprovdi aċċess elettroniku dirett tikkomunika mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu li hija tirċievi mid-ditta ta’ investiment.

Id-ditta ta’ investiment għandha tagħmel l-arranġamenti biex jinżammu r-rekords b’rabta mal-kwistjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu, u għandha tiżgura li dawkir-rekords ikunu bizzejjed biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 17 6.
Ditta ta’ investiment li taġixxi bħala membru ġenerali ta’ likwidazzjoni għal persuni oħrajn għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw servizzi ta’ likwidazzjoni li huma applikati biss għal persuni li huma adattati u li jissodisfaw kriterja ċari u li rekwiżiti xierqa huma imposti fuq dawk il-persuni biex jitnaqqsu r-riskji lid-ditta ta’ investiment u lis-suq. Id-ditta ta’ investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub li jorbot bvejn id-ditta ta’ investiment u l-persuna rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jqumu mill-provvista ta’ dak is-servizz.
Artikolu 17 7.

L- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji biex jispeċfikaw dan li ġej:

▼M10

(a) 

id-dettalji tar-rekwiżiti organizzattivi dettaljati stipulati fil-paragrafi minn 1 sa 6, għajr dawk relatati mal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, li jridu jiġu imposti fuq id-ditti ta' investiment li jipprovdu servizzi differenti ta' investiment, attivitajiet ta' investiment, servizzi anċillari jew taħlita tagħhom, fejn l-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mar-rekwiżiti organizzattivi mniżżla fil-paragrafu 5 għandhom jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għal aċċess dirett għas-suq u għal aċċess sponsorjat b'tali mod li jiġi żgurat li l-kontrolli applikati għall-aċċess sponsorjat ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati għall-aċċess dirett għas-suq;

▼B

(b) 

Iċ-ċirkostanzi li fihom ditta ta’ investiment tkun obbligata tidħol fis-suq, b’riferiment dirett għall-punt (b) tal-paragrafu 3, u l-kontenut ta’ dawn il-ftehimiet, inkluż il-proporzjon tal-ħinijiet ta’ negozjar taċ-ċentru ta’ negozjar stabbiliti fil-paragrafu 3;

(c) 

is-sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 3, inklużi ċirkostanzi ta’ volatilità estrema, kwistjonijiet politiċi u makroekonomiċi, kwistjonijiet tas-sistema u operattivi, u ċirkostanzi li jikkontradixxu l-kapaċità tad-ditta ta’ investiment li żżomm prattiki tal-immaniġġar tar-riskju prudenti kif stabbilit fil-paragrafu 1;

(d) 

Il-kontenut u l-format tal-formola approvata msemmija fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 u t-tul ta’ żmien sa meta dawn ir-rekords għandhom jinżammu mid-ditta ta’ investiment.

L- AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.