|
+Artikolu 17 5. |
Artikolu 17 5.Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għal ċentru tan-negozjar għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw valutazzjoni u reviżjoni xierqa tal-adattabilità tal-klijenti li jużaw is-servizzi, li klijenti ma jitħallewx jaqbżu livelli limitu ffissati minn qabel għal kummerċ u kreditu, li l-kummerċ minn klijenti li jużaw is-servizz huwa mmonitorjat kif xieraq u li kontrolli tar-riskju xierqa li jipprevjenu li jsir kummerċ li jista’ joħloq riskji lid-ditta ta’ investiment innifisha jew li jista’ joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat jew jista’ ikun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar. Aċċess elettroniku dirett mingħajr dawn il-kontrolli huwa pprojbit. Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għandha tkun responsabbli biex tiżguralil-klijenti li jużaw dak is-servizz ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u mar-regoli taċ-ċentru ta’ negozjar. Id-ditta ta’ investiment għandha timmonitorja t-tranżazzjonijiet sabiex tidentifika ksur ta’ dawk ir-regoli, kundizzjonijiet tan-negozjar jew imġiba diżordinati li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u li għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti. Id-ditta ta’ investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub vinkolanti bejn id-ditta ta’ investiment u l-klijent rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jirriżultaw mill-għoti tas-servizz u li skont il-ftehim id-ditta ta’ investiment żżomm ir-responsabbiltà skont id-Direttiva. Ditta ta’ investiment li tipprovdi aċċess elettroniku dirett għal ċentru ta’ negozjar għandha tinnotifika b’danlill-aworitajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u biċ-ċentru ta’ negozjar fejn id-ditta ta’ investiment tipprovdi aċċess elettroniku dirett. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment tista’ tirrikjedi li d-ditta tipprovdi, fuq bażi regolari jew ad-hoc, deskrizzjoni tas-sistemi u l-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu u provi li dawk ġew applikati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment għandha, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ ċentru ta’ negozjar fir-rigward ta’ liema d-ditta ta’ investment tipprovdi aċċess elettroniku dirett tikkomunika mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu li hija tirċievi mid-ditta ta’ investiment. Id-ditta ta’ investiment għandha tagħmel l-arranġamenti biex jinżammu r-rekords b’rabta mal-kwistjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu, u għandha tiżgura li dawkir-rekords ikunu bizzejjed biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|