+Artikolu 19 Rekwiżiti speċifiċ għall-MTFs
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.

Artikolu 19 Rekwiżiti speċifiċ għall-MTFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditti ta’ investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti mressqa fl-Artikoli 16 u 18, għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw regoli mhux diskrezzjonali għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fis-sistema.
Artikolu 19 2.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li r-regoli msemmija fl-Artikolu 18(3) li jirregolaw l-aċċess għal MTF ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(3).
Artikolu 19 3.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ikollhom arranġament:

(a) 

ikun mgħammar b’mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi x-xierqa sabiex jidentifika r-riskji sinifikanti kollha għall-operat tiegħu u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;

(b) 

ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu; u

(c) 

ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa, biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

Artikolu 19 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, l-Artikolu 27(1), (2) u (4) sa (10) u l-Artikolu 28 mhumiex applikabbli għat-tranżazzjonijiet konklużi skont ir-regoli li jirregolaw MTF bejn il-membri jew il-parteċipanti tiegħu jew bejn l-MTF u l-membri jew il-parteċipanti tiegħu b’rabta mal-użu tal-MTF. Madankollu, il-membri jew il-parteċipanti tal-MTF għandhom ikunu konformi mal-obbligi li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 fir-rigward tal-klijenti tagħhom meta, f’isem il-klijenti tagħhom, jesegwixxu ordnijiet tagħhom permezz tas-sistemi tal-MTF.
Artikolu 19 5.
L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu li ditti ta’ investiment jew operaturi tas-suq li joperaw MTF jeżegwixxu ordnijiet ta’ klijenti kontra l-kapital proprjetarju jew ►C4  negozjar matched principal ◄ .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.