|
+Artikolu 20 6. |
Artikolu 20 6.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fir-rigward ta’ OTF issir fuq bażi diskrezzjonali. Ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF għandu biss jeżerċita diskrezzjoni f’ċirkostanzi li ġejjin jew f’waħda minnhom:
(a)
Meta jiddeċiedu li jqegħdu jew ineħħu ordni fuq l-OTF li joperaw;
(b)
Meta jiddeċiedu li ma jqabblux ordni speċifika ta’ klijent ma’ ordnijiet oħra disponibbli fis-sistemi f’waqr partikolari, sakemm dan ikun konformi mal-istruzzjonijiet speċifiċi irċevuti minn klijent u mal-obbligi bi qbil mal-Artikolu 27. Għas-sistema li tqabbel l-ordnijiet tal-klijenti id-ditta ta’ investiment jew l-operatur li jopera OTF jista’ jiddeċiedi jekk, meta u kemm minn żewġ ordnijiet jew aktar jixtieq li jqabbel fis-sistema. Bi qbil mal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 fir-rigward ta’ sistema li tirranġa t-tranżazzjonijiet f’nonekwitajiet, id-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera l-OTF tista’ tiffaċilita n-negozjati bejn il-klijenti b’mod li tgħaqqad żewġ interessi ta’ kummerċ potenzjali jew iktar fi tranżazzjoni. Dak l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u 27. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|