+Artikolu 20 Rekwiżiti speċifiċ għall-OTFs
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Rekwiżiti speċifiċ għall-OTFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta ta’ investiment u operatur tas-suq li jopera OTF jistabbilixxi arranġamenti li jipprevjenu l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent f’OTF kontra l-kapital proprjetarju tad-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li joperaw l-OTF jew minn kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp jew entità legali bħad-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq.
Artikolu 20 2.
L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF li jwettqu ►C4  negozjar matched principal ◄ f’bonds, prodotti strutturati ta’ finanza, allowances tal-emissjonijiet u ċerti derivattivi biss fejn il-klijent ikun approva l-proċess.

Ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF m’għandux juża ►C4  negozjar matched principal ◄ biex jeżegwixxi ordnijiet tal-klijenti f’OTF f’derivattivi li jappartjenu għal klassi ta’ derivattivi li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar bi qbil mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF għandu jistabbilixxi arranġamenti li jiżguraw konformita’ mad-definizzjoni ta’ negozjar b’matched principal fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1).

Artikolu 20 3.
L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditti ta’ investiment jew operaturi tas-suq li jħaddmu OTF jinnegozjaw akkont proprju, għajr negozjar matched principal, b’rabta biss ma’ strumenti ta’ dejn sovran li għalihom ma hemmx suq likwidu.
Artikolu 20 4.
L-Istati Membri ma għandhomx jipperemettu li t-tħaddim ta’ OTF u ta’ internalizzatur sistematika jsiru fl-istess entità legali. OTF mgħandhiex tikkonnettja ma’ internalizzatur sistematiku b’mod li jippermetti interazzjoni bejn ordnijiet f’OTF u ordnijiet jew stimi f’internalizzatur sistematiku. OTF ma għandhiex tkun konnessa ma’ OTF oħra b’mod li tiffaċilita li jkun hemm interazzjoni bejn ordnijiet f’OTFs differenti.
Artikolu 20 5.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF milli jimpjega ditta ta’ investiment oħra li twettaq ġenerazzjoni tas-suq fir-rigward ta’ dik l-OTF fuq bażi indipendenti.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ditta ta’ investiment mgħandhiex titqies bħala li twettaq attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq fuq OTF fuq bażi indipendenti jekk ikollha rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera l-OTF.

Artikolu 20 6.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fir-rigward ta’ OTF issir fuq bażi diskrezzjonali.

Ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera OTF għandu biss jeżerċita diskrezzjoni f’ċirkostanzi li ġejjin jew f’waħda minnhom:

(a) 

Meta jiddeċiedu li jqegħdu jew ineħħu ordni fuq l-OTF li joperaw;

(b) 

Meta jiddeċiedu li ma jqabblux ordni speċifika ta’ klijent ma’ ordnijiet oħra disponibbli fis-sistemi f’waqr partikolari, sakemm dan ikun konformi mal-istruzzjonijiet speċifiċi irċevuti minn klijent u mal-obbligi bi qbil mal-Artikolu 27.

Għas-sistema li tqabbel l-ordnijiet tal-klijenti id-ditta ta’ investiment jew l-operatur li jopera OTF jista’ jiddeċiedi jekk, meta u kemm minn żewġ ordnijiet jew aktar jixtieq li jqabbel fis-sistema. Bi qbil mal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 fir-rigward ta’ sistema li tirranġa t-tranżazzjonijiet f’nonekwitajiet, id-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera l-OTF tista’ tiffaċilita n-negozjati bejn il-klijenti b’mod li tgħaqqad żewġ interessi ta’ kummerċ potenzjali jew iktar fi tranżazzjoni.

Dak l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 u 27.

Artikolu 20 7.
L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi, jew meta ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq jitolbu awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ OTF jew fuq bażi ad-hoc, spjegazzjoni dettaljata għaliex is-sistema ma tikkorrispondix għal u ma tistax topera bħala suq regolat, MTF jew internalizzatur sistematiku, deskrizzjoni dettaljata dwar kif qed tintuża d-diskrezzjoni, b’mod partikolari meta ordni lil OTF tista’ tiġi irtirata u meta u kif l-ordnijiet ta’ żewġ klijenti jew iktar jitqabblu fl-OTF. Barra minn hekk, ditta ta’ investiment jew operatur ta’ OTF għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni li tispjega l-użu li jagħmlu minn negozjar b’matched principal. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-użu li tagħmel ditta ta’ investiment jew ta’ operatur tas-suq minn negozjar b’matched principal sabiex tiżgura li dan ikompli jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ tali negozjar u tiżgura li dan ma jwassalx għal kunflitti tal-interessi bejn id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq u l-klijenti tagħhom.
Artikolu 20 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, 27 u 28 jiġu applikati għat-tranżazzjonijiet konklużi f’OTF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.