Artikolu 22
L-obbligu ġenerali rigward is-superviżjoni kontinwa
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet operattivi pprovduti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu fis-seħħ il-miżuri x-xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ sabiex jivvalutaw il-konformità tad-ditti ta’ investiment ma’ dawk l-obbligi.
▼M6
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, fejn ikunu inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni (APA), kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, b’deroga skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, jew mekkaniżmu ta’ rapportar approvat (ARM), kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament, b’deroga skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ dak l-APA jew ARM sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi previsti f’dak ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri adatti biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità ta’ APAs jew ARMs ma’ dawk l-obbligi.
▼B