+Artikolu 23 Kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Kunflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment jieħdu l-passi adegwati kollha sabiex jidentifikaw u jipprevjenu jew iġestixxu l-kunflitti ta’ interess kollha bejniethom, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħhom, jew kull persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-klijenti tagħhom, jew bejn klijent u ieħor li jinħolqu huwa u jiġi pprovdut kwalunkwe servizz ta’ investiment jew servizz sekondarju, jew kumbinazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk ikkawżati mir-riċezzjoni ta’ inċentivi minn partijiet terzi jew mir-rimunerazzjoni tad-ditta ta’ investiment stess jew strutturi oħra ta’ inċentivi.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi magħmula mid-ditta ta’ investiment skont l-Artikolu 16(3) biex jipprevjenu il-kunflitti ta’ interess milli jaffettwaw ħażin l-interessi tal-klijenti ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li se jiġu pprevenuti r-riskji ta’ ħsara lill-interessi tal-klijenti, id-ditta ta’ investiment għandha tiżvela b’mod ċar lill-klijent in-natura ġenerali u/jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda biex jittaffew dawk ir-riskji qabel ma twettaq il-kummerċ f’ismu.
|
|
Artikolu 23 3.
|
L-iżvelar msemmi fil-paragrafu 2 għandu:
(b)
jinkludi dettalji biżżejjed, b’kont meħud tan-natura tal-klijent, li jippermettu li l-klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz li fil-kuntest tiegħu jinħoloq kunflitt ta’ interess.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex:
(a)
tiddefinixxi l-passi li d-ditti ta’ investiment jistgħu jiġu mistennija b’mod raġonevoli li jieħdu sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jamministraw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess meta jkunu qed jipprovdu diversi servizzi ta’ investiment u servizzi sekondarji u għaqdiet tagħhom;
(b)
tistabbilixxi l-kriterji x-xierqa sabiex jiġu stabbiliti t-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tagħmel ħsara lill-interessi tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali tad-ditta ta’ investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|