+Artikolu 24 3c.

Artikolu 24 3c.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent. Dak il-kodiċi ta’ kondotta għandu jistabbilixxi standards ta’ indipendenza u oġġettività, u jispeċifika l-proċeduri u l-miżuri għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u d-divulgazzjoni effettiva tal-kunflitti ta’ interess.

Fl-iżvilupp tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent, l-ESMA għandha tqis il-kontenut u l-parametri tal-kodiċijiet ta’ kondotta għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent li ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali qabel id-data tal-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji, speċjalment meta tali kodiċijiet ikunu ġew approvati b’mod wiesa’ u osservati. L-ESMA għandha wkoll, fejn applikabbli, tqis l-obbligi u l-istandards rilevanti dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ESMA.

L-ESMA għandha tivvaluta mill-inqas kull ħames snin wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jekk il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent jeħtieġx li jiġi emendat, f’liema każ hija għandha tippreżenta abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-ditti ta’ investiment li jipproduċu jew jiddistribwixxu riċerka ffinanzjata mill-emittent ikollhom fis-seħħ arranġamenti organizzattivi biex jiżguraw li tali riċerka tiġi prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent u tikkonforma mal-paragrafi 3a, 3b u 3e.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.