+Artikolu 24 Prinċipji ġenerali u tagħrif lill-klijenti
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 3a.
---+Artikolu 24 3b.
---+Artikolu 24 3c.
---+Artikolu 24 3d.
---+Artikolu 24 3e.
---+Artikolu 24 4.
---+Article 24 5.
---+Artikolu 24 5a.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 9a.
---+Artikolu 24 10.
---+Artikolu 24 11.
---+Artikolu 24 12.
---+Artikolu 24 13.
---+Artikolu 24 14.
|
Artikolu 24 Prinċipji ġenerali u tagħrif lill-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta tkun qed tipprovdi servizzi ta’ investiment jew, meta jkun xieraq, servizzi sekondarji lill-klijenti, ditta ta’ investiment taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u tikkonforma, b’mod partikulari, mal-prinċipji mogħtija f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Id-ditti ta’ investiment li jimmanifaturaw strumenti finanzjarji u depożiti għall-bejgħ lill-klijenti jiżguraw li dawk l-istrumenti finanzjarji jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ suq mira identifikat ta’ klijenti aħħarin fi ħdan il-kategorija rilevanti ta’ klijenti, li l-istrateġija ta’ distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji tkun kompatibbli mas-suq mira identifikat, u li d-ditti ta’ investiment jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li dawk l-istrumenti finanzjarji jiġu distribwiti lis-suq mira identifikat. Ditta ta’ investiment għandha tifhem l-istrumenti finanzjarji li toffri jew tirrakkomanda, tevalwa l-kompatibilità tal-istrumenti finanzjarji mal-bżonnijiet tal-klijenti li lilhom tkun qed tipprovdi s-servizzi ta’ investiment, filwaqt li tqis ukoll is-suq mira identifikat ta’ klijenti aħħarin kif msemmi fl-Artikolu 16(3), u tiżgura li l-istrumenti finanzjarji jiġu offruti jew rakkomandati biss fejndan ikun fl-interess tal-klijent.
|
|
Artikolu 24 3.
|
It-tagħrif kollu, inklużi l-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni, li d-ditta ta’ investiment tibgħat lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, għandu jkun ġust, ċar u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta’ promozzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala komunikazzjonijiet ta’ dan it-tip.
|
|
Artikolu 24 3a.
|
Ir-riċerka prodotta minn ditti ta’ investiment jew minn partijiet terzi u użata minn ditti ta’ investiment, il-klijenti tagħhom jew il-klijenti potenzjali tagħhom, jew distribwita lilhom, għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Ir-riċerka għandha tkun identifikabbli b’mod ċar bħala tali jew f’termini simili, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (
13
) applikabbli għar-riċerka.
|
|
Artikolu 24 3b.
|
Id-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar tal-portafoll jew servizzi oħra ta’ investiment jew servizzi anċillari għandhom jiżguraw li r-riċerka li jiddistribwixxu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali li titħallas, kompletament jew parzjalment, minn emittent għandha tiġi kklassifikata bħala “riċerka ffinanzjata mill-emittent” biss jekk tiġi prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent imsemmija fil-paragrafu 3c.
|
|
Artikolu 24 3c.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent. Dak il-kodiċi ta’ kondotta għandu jistabbilixxi standards ta’ indipendenza u oġġettività, u jispeċifika l-proċeduri u l-miżuri għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u d-divulgazzjoni effettiva tal-kunflitti ta’ interess. Fl-iżvilupp tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent, l-ESMA għandha tqis il-kontenut u l-parametri tal-kodiċijiet ta’ kondotta għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent li ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali qabel id-data tal-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji, speċjalment meta tali kodiċijiet ikunu ġew approvati b’mod wiesa’ u osservati. L-ESMA għandha wkoll, fejn applikabbli, tqis l-obbligi u l-istandards rilevanti dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ESMA. L-ESMA għandha tivvaluta mill-inqas kull ħames snin wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jekk il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent jeħtieġx li jiġi emendat, f’liema każ hija għandha tippreżenta abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-ditti ta’ investiment li jipproduċu jew jiddistribwixxu riċerka ffinanzjata mill-emittent ikollhom fis-seħħ arranġamenti organizzattivi biex jiżguraw li tali riċerka tiġi prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent u tikkonforma mal-paragrafi 3a, 3b u 3e.
|
|
Artikolu 24 3d.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe emittent jista’ jissottometti r-riċerka tiegħu ffinanzjata mill-emittent, kif imsemmi fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu, lill-korp ta’ ġbir rilevanti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
). Meta jissottometti dik ir-riċerka lill-korp tal-ġbir, l-emittent għandu jiżgura li din tkun akkumpanjata minn metadata li tispeċifika li l-informazzjoni tikkonforma mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent. Tali riċerka ma għandhiex titqies bħala informazzjoni regolata skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/109/KE u lanqas riċerka dwar l-investiment skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva u għalhekk ma għandhiex tkun soġġetta għall-istess livell ta’ skrutinju regolatorju bħal informazzjoni regolata jew riċerka dwar l-investiment.
|
|
Artikolu 24 3e.
|
Ir-riċerka li tkun ikklassifikata bħala “riċerka ffinanzjata mill-emittent” għandha tindika fuq il-paġna ta’ quddiem tagħha b’mod ċar u prominenti li tkun tħejjiet f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent. Kwalunkwe materjal ta’ riċerka ieħor imħallas, kompletament jew parzjalment, mill-emittent iżda mhux imħejji f’konformità ma’ dak il-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent għandu jiġi kklassifikat bħala komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Informazzjoni xierqa għandha tkun ipprovduta fil-ħin lill-klijenti jew klijenti potenzali rigward id-ditta ta’ investiment u s-servizzi tagħha, l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti tal-investiment, il-postijiet ta’ eżekuzzjoni u l-ispejjeż u l-imposti kollha relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
id-ditta ta’ investiment u s-servizzi tagħha; meta jingħata parir dwar investiment, id-ditta ta’ investiment trid, fil-ħin qabel tagħti l-parir dwar l-investiment, tinforma lill-klijent dwar:
(i)
jekk il-parir huwiex qed jingħata fuq bażi indipendenti jew le;
(ii)
jekk il-parir huwiex ibbażat fuq analiżi wiesgħa jew fuq analiżi iktar ristretta ta’ tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji u, b’mod partikolari, jekk il-varjetà hijiex limitata għal strumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet b’rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ investiment jew kwalunkwe relazzjoni ġuridika jew ekonomika oħra, bħal relazzjoni kuntrattwali, qrib biżżejjed biex toħloq riskju għall-bażi indipendenti tal-pariri pprovduti;
(iii)
jekk id-ditta ta’ investiment hijiex ser tipprovdi lill-klijent b’valutazzjoni perjodika ta’ kemm huma adatti l-istrumenti finanzjarji rakkomandati għal dak il-klijent;
(b)
l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti ta’ investiment trid tinkludi gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investimenti f’dawk l-istrumenti jew rigward strateġiji partikulari ta’ investiment u jekk l-istrument finanzjarju huwiex maħsub għall-bejgħ jew għal klijenti professjonali, billi jittieħed kont tas-suq fil-mira identifikat skont il-paragrafu 2;
(c)
l-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha trid tinkludi informazzjoni relatata mal-investiment u mas-servizzi anċillari li għandhom jinkludu l-ispiża tal-konsulenza, meta rilevanti, l-ispiża tal-istrument finanzjarju rakkomandat jew kummerċjalizzat lill-klijent u kif il-klijent jista’ jħallas għalih, u jinkludi wkoll kull pagament lil parti terza.
L-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha, inklużi l-ispejjeż u l-imposti b’rabta mas-servizz ta’ investiment u l-istrument finanzjarju, li mhumiex maħluqa mill-okkorrenza ta’ riskju sottostanti tas-suq, għandha tingħaqad biex tippermetti lill-klijent jifhem l-ispiża ġenerali kif ukoll l-effett kumulattiv fuq il-qligħ mill-investiment, u meta l-klijent jitlob dan, għandu jiġi pprovdut sommarju dettajat. Meta jkun applikabbli, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-klijent fuq bażi regolari, mill-inqas annwali, tul iż-żmien li jdum validu l-investiment. Fil-każ li l-ftehim għax-xiri jew il-bejgħ ta’ strument finanzjarju jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jimpedixxi t-twassil preċedenti ta’ informazzjoni dwar il-kostijiet u t-tariffi, id-ditta tal-investiment tista’ tipprovdi din l-informazzjoni dwar il-kostijiet u t-tariffi jew f’format elettroniku jew stampat, fejn mitlub minn klijent konsumatur, mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-klijent ikun ta l-kunsens tiegħu li jirċievi l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni;
(ii)
id-ditta tal-investiment tkun tat lill-klijent l-għażla li jkun hemm dewmien fil-konklużjoni tat-tranżazzjoni sakemm il-klijent ikun irċieva l-informazzjoni.
Minbarra r-rekwiżiti tat-tielet subparagrafu, id-ditta tal-investiment għandha tkun meħtieġa tagħti lill-klijent l-għażla li jirċievi l-informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-imposti fuq it-telefon qabel il-konklużjoni tat-tranżazzjoni.
|
|
Article 24 5.
|
The information referred to in paragraphs 4 and 9 shall be provided in a comprehensible form in such a manner that clients or potential clients are reasonably able to understand the nature and risks of the investment service and of the specific type of financial instrument that is being offered and, consequently, to take investment decisions on an informed basis. Member States may allow that information to be provided in a standardised format.
|
|
Artikolu 24 5a.
|
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li taħt din id-Direttiva tkun meħtieġa li tiġi pprovduta lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali f’format elettroniku, ħlief jekk il-klijent jew il-klijent potenzjali jkun klijent konsumatur jew klijent konsumatur potenzjali li jkun talab li jirċievi l-informazzjoni fuq karta, f’liema każ l-informazzjoni għandha tingħata fuq karta, mingħajr ħlas. Id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti konsumaturi jew lill-klijenti konsumaturi potenzjali li għandhom l-għażla li jirċievu l-informazzjoni fuq karta. Id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti konsumaturi eżistenti li jirċievu l-informazzjoni meħtieġa li tiġi pprovduta, taħt din id-Direttiva, fuq karta dwar il-fatt li se jirċievu dik l-informazzjoni f’format elettroniku mill-inqas tmien ġimgħat qabel l-informazzjoni tintbagħat f’format elettroniku. Id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lil dawk il-klijenti konsumaturi eżistenti li għandhom l-għażla li jew ikomplu jirċievu l-informazzjoni fuq karta jew li jibdew jirċievu l-informazzjoni f’format elettroniku. Id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijenti konsumaturi eżistenti wkoll li se jsir il-bdil awtomatiku għall-format elettroniku jekk dawn ma jagħmlux talba biex ikomplu jirċievu l-informazzjoni fuq karta fil-perjodu ta’ tmien ġimgħat. Mhuwiex meħtieġ li l-klijenti konsumaturi eżistenti li diġà jirċievu l-informazzjoni meħtieġa li tiġi pprovduta, taħt din id-Direttiva, f’format elettroniku.
|
|
Artikolu 24 6.
|
Fejn servizz ta’ investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà suġġett għal dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni relatati mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mal-krediti tal-konsumaturi rigward ir-rekwiżiti tat-tagħrif, dak is-servizz ma għandux ikun suġġett b’mod addizzjonali għall-obbligi mogħtija fil-paragrafi 3, 4 u 5.
|
|
Artikolu 24 7.
|
Fejn id-ditta ta’ investimenti tinforma lill-klijent li tipprovdi konsulenza dwar investimenti fuq bażi indipendenti, dik id-ditta ta’ investiment għandha:
(a)
tivvaluta firxa suffiċjenti ta’ strumenti finanzjarji disponibbli fis-suq li jridu jkunu diversifikati biżżejjed fir-rigward tat-tip tagħhom u min ħariġhom jew l-fornituri tal-prodotti sabiex ikun żgurat li l-objettivi ta’ investiment tal-klijent jkunu jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq u ma jridux ikunu limitati għall-istrumenti finanzjarji maħruġa jew provduti:
(i)
mid-ditta ta’ investiment innifisha jew minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ investimenti; jew
(ii)
minn entitajiet oħra li magħhom id-ditta ta’ investiment għandha rabtiet ġuridiċi jew ekonomiċi tant kbar, bħal relazzjoni kuntrattwali, li dan iqiegħed f’riskju l-bażi indipendenti tal-konsulenza pprovduta;
(b)
ma taċċettax u żżomm ħlasijiet, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċji fi flus imħallsa jew mhux fi flus ipprovduti minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f’isem parti terza b’rabta mal-provvista tas-servizz lill-klijenti. Benefiċċji minuri mhux fi flus li kapaċi jtejbu l-kwalità tas-servizz ipprovdut lil klijent u li huma ta’ tali skala u ta’ natura li ma jistgħux jitqiesu bħala li jfixklu l-konformità mad-dmir tad-ditta ta’ investiment li taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent jridu jiġu żvelati b’mod ċar u għandhom jiġu esklużi minn dan il-punt.
|
|
Artikolu 24 8.
|
Meta tipprovdi l-immaniġġar tal-portafolji d-ditta ta’ investiment ma għandhiex taċċetta jew iżżomm ħlasijiet, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċji fi flus jew mhux fi flus imħallsa jew ipprovduti minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f’isem parti terza b’rabta mal-provvista tas-servizz lill-klijenti. Benefiċċji minuri mhux fi flus li kapaċi jtejbu l-kwalità tas-servizz ipprovdut lil klijent u li huma ta’ tali skala u ta’ natura li ma jistgħux jitqiesu bħala li jfixklu l-konformità mad-dmir tad-ditta ta’ investiment li taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent għandhom jiġu żvelati b’mod ċar u għandhom jiġu esklużi minn dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 24 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta’ investiment jitqiesu li mhux qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 23 jew taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew ikunu provduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju b’rabta mal-forniment ta’ servizz ta’ investiment jew servizz anċillari, lil jew minn kwalunkwe parti ħlief il-klijent jew persuna f’isem il-klijent, ħlief meta l-pagament jew il-benefiċċju:
(a)
Ikun maħsub biex itejjeb il-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent; u
(b)
Ma jipperikolax il-konformità mad-dmir ta’ investiment tad-ditta li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali bi qbil mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha.
L-eżistenza, in-natura u l-ammont tal-pagament jew benefiċċju msemmi fl-ewwel subparagrafu, jew, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak l-ammont, għandhom jiġu żvelati lill-klijent, b’mod li jkun komprensiv, preċiż u jinftiehem qabel il-provvediment ta’ investiment jew servizz anċillari rilevanti. Meta applikabbli, id-ditta ta’ investiment għandha tinforma wkoll lill-klijent dwar mekkaniżmi għat-trasferiment lill-klijent tal-miżata, il-kummissjoni, il-benefiċċju fi flus jew mhux fi flus riċevut b’rabta mal-provvista ta’ investiment jew servizz anċillari. Il-pagament jew benefiċċju li jippermetti l-forniment ta’ servizzi ta’ investiment, jew ikun neċessarju għalihom, bħal spejjeż tal-kustodja, tariffi tas-saldu u l-iskambju, taxxi regolatorji jew tariffi legali, u li, min-natura tagħhom, ma jistgħux jikkaġunaw kunflitti mad-dmirijiet tad-ditta ta’ investiment li taġixxi b’mod onest, eqwu u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha mhuwiex suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 24 9a.
|
Il-forniment ta’ riċerka minn partijiet terzi lil ditta ta’ investiment li tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar tal-portafoll jew servizzi oħra ta’ investiment jew anċillari lill-klijenti għandu jitqies bħala li jissodisfa l-obbligi skont il-paragrafu 1 jekk:
(a)
ikun sar ftehim bejn id-ditta ta’ investiment u l-fornitur terz tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka li jistabbilixxi metodoloġija għar-remunerazzjoni, inkluż kif jitqies ġeneralment il-kost totali tar-riċerka meta jiġu stabbiliti l-imposti totali għas-servizzi ta’ investiment;
(b)
id-ditta tal-investiment tinforma lill-klijenti tagħha bl-għażla tagħha li tħallas jew b’mod konġunt jew separatament għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka u tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom il-politika tagħha dwar il-pagamenti għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka, inkluż it-tip ta’ informazzjoni li tista’ tiġi pprovduta skont l-għażla tal-metodu ta’ pagament tad-ditta u, fejn rilevanti, kif id-ditta ta’ investiment tipprevjeni jew timmaniġġja kunflitti ta’ interess skont l-Artikolu 23 meta tapplika metodu ta’ pagament konġunt għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka;
(c)
id-ditta ta’ investiment tivvaluta fuq bażi annwali l-kwalità, l-użabbiltà u l-valur tar-riċerka użata, kif ukoll il-kapaċità tar-riċerka użata biex tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet ta’ investiment aħjar; L-ESMA tista’ tiżviluppa linji gwida għal ditti ta’ investiment bl-għan li jwettqu dawk il-valutazzjonijiet;
(d)
meta d-ditta ta’ investiment tagħżel li tħallas separatament għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka minn partijiet terzi, il-forniment ta’ riċerka minn partijiet terzi lid-ditta ta’ investiment jiġi riċevut bi skambju għal waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
pagamenti diretti mid-ditta ta’ investiment mir-riżorsi proprji tagħha;
(ii)
pagamenti minn kont ta’ pagament tar-riċerka separat ikkontrollat mid-ditta ta’ investiment.
▼M8
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ir-riċerka għandha tinftiehem bħala li tkopri servizzi jew materjal ta’ riċerka li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew aktar jew assi oħra, jew l-emittenti jew l-emittenti potenzjali ta’ strumenti finanzjarji, jew bħala li tkopri servizzi jew materjal ta’ riċerka b’rabta mill-qrib ma’ industrija speċifika jew suq speċifiku b’tali mod li tikkontribwixxi biex tinforma l-opinjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji, l-assi jew l-emittenti f’dik l-industrija jew f’dak is-suq.
Ir-riċerka għandha tinkludi wkoll servizzi jew materjal li b’mod espliċitu jew impliċitu jirrakkomandaw jew jissuġġerixxu strateġija ta’ investiment u tifformula opinjoni sostanzjata dwar il-valur jew il-prezz preżenti jew futur ta’ strumenti finanzjarji jew assi, jew inkella jkun fiha analiżi u għarfien oriġinali u tilħaq konklużjonijiet ibbażati fuq informazzjoni ġdida jew eżistenti li jistgħu jintużaw biex jinformaw strateġija ta’ investiment u tkun rilevanti u kapaċi żżid il-valur tad-deċiżjonijiet tad-ditta tal-investiment f’isem il-klijenti li qed iħallsu għal dik ir-riċerka.
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, is-sommarju dwar in-negozjar u servizzi personalizzati oħra ta’ konsulenza dwar il-kummerċ intrinsikament marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji ma għandhomx jitqiesu bħala riċerka. Meta ditta ta’ investiment tirċievi riċerka minn fornitur tar-riċerka li ma jkunx involut f’servizzi ta’ eżekuzzjoni u ma jkunx parti minn grupp ta’ servizzi finanzjarji li jinkludi ditta ta’ investiment li toffri servizzi ta’ eżekuzzjoni jew ta’ senserija, il-forniment ta’ tali riċerka lid-ditta ta’ investiment jitqies li jissodisfa l-obbligi skont il-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, id-ditta ta’ investiment għandha tikkonforma mar-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu. Meta jkunu jafu bihom, id-ditti ta’ investiment għandhom iżommu rekord tal-kostijiet totali attribwibbli għar-riċerka minn parti terza pprovduta lilhom. Fuq talba, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq bażi annwali għall-klijenti tad-ditta ta’ investiment. Sal-5 ta’ Diċembru 2028, l-ESMA għandha tħejji rapport b’valutazzjoni komprensiva tal-iżviluppi tas-suq rigward ir-riċerka skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu. Dik il-valutazzjoni għandha tinkorpora mill-inqas il-kopertura tar-riċerka tad-ditti kkwotati, l-evoluzzjoni tal-kostijiet u l-kwalità ta’ dik ir-riċerka, l-impatt tal-pagamenti konġunti fuq il-kwalità tal-eżekuzzjoni, is-sehem ta’ pagamenti separati u konġunti magħmula minn ditti ta’ investiment lil fornituri terzi għal servizzi ta’ eżekuzzjoni u riċerka, u l-livell ta’ twettiq tad-domanda għar-riċerka mill-investituri u minn xerrejja oħra. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva dwar bidliet fir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva rigward ir-riċerka.
|
|
Artikolu 24 10.
|
Ditta ta’ investiment li tipprovdi servizzi ta’ investiment lill-klijenti għandha tiżgura li ma tirrimunerax jew tivvaluta l-prestazzjoni tal-persunal tagħha b’mod li jmur kontra l-obbligu tagħha li taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħha. B’mod partikolari, hija ma għandhiex tagħmel xi arranġament permezz ta’ rimunerazzjoni, miri ta’ bejgħ jew xi mod ieħor li jista’ jagħti l-inċentiv lill-persunal tagħha biex jirrakkomanda strument finanzjarju partikolari lill-klijent mhux professjonali meta d-ditta ta’ investiment tista’ toffri strument finanzjarju differenti li jilħaq aħjar il-ħtiġijiet ta’ dak il-klijent.
|
|
Artikolu 24 11.
|
Meta servizz ta’ investiment jiġi offrut flimkien ma’ servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett, id-ditta ta’ investiment għandha tinforma lill-klijent jekk ikunx possibbli li jixtri l-komponenti differenti separatament u għandha tipprovdi evidenza separata tal-kost u t-tariffi għal kull komponent. Meta r-riskji li jirriżultaw minn tali ftehim jew pakkett offrut lil klijent mhux professjonali x’aktarx ikunu differenti mir-riskji assoċjati mal-komponenti meqjusa separatament, id-ditta ta’ investiment għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-komponenti differenti tal-ftehim jew pakkett u l-mod li bih l-interazzjoni tiegħu timmodifika r-riskji. L-AETS, f’kooperazzjoni ABE u AEAPX, għandha tiżviluppa sat-3 ta’ Jannar 2016, u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat li jindikaw, partikolarment, sitwazzjonijiet fejn il-prattiki ta’ bejgħ inkroċjat ma jkunux konformi mal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 24 12.
|
L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq id-ditti ta’ investiment fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu. Tali rekwiżiti jridu jkunu oġġettivament ġustifikati u proporzjonati sabiex jindirizzaw riskji speċifiċi għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-integrità tas-suq li huma ta’ importanza partikolari fiċ-ċirkustanzi tal-istruttura tas-suq ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, lill-Kummissjoni bi kwalunkwe rekwiżit li jkunu beħsiebhom jimponu f’konformità ma’ dan il-paragrafu, mingħajr dewmien żejjed u tal-anqas xahrejn qabel id-data magħżula biex dak ir-rekwiżit jidħol fis-seħħ. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni għal dak ir-rekwiżit. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali bħal dan m’għandux jirrestrinġi jew b’mod ieħor jaffettwa d-drittijiet tad-ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 34 u 35 ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proporzjonalità tar-rekwiżiti addizzjonali u l-ġustifikazzjoni għalihom. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u tippubblika fis-sit elettroniku tagħha r-rekwiżiti addizzjonali imposti f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jżommu rekwiżiti addizzjonali li kienu notifikati lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/73/KE qabel it-2 ta’ Lulju 2014 sakemm il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati.
|
|
Artikolu 24 13.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 li jiżguraw li ditti ta’ investiment huma konformi mal-prinċipji mressqa f’dan l-Artikolu meta jipprovdu servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom, inklużi:
(a)
il-kundizzjonijiet li bihom l-informazzjoni għandha tikkonforma sabiex tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa;
(b)
id-dettalji dwar il-kontenut u l-format tal-informazzjoni lil klijenti b’rabta ma’ kategorizzazzjoni tal-klijenti, ditti ta’ investiment u s-servizzi tagħhom, l-istrumenti finanzjarji, kostijiet u t-tariffi;
(c)
il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ firxa ta’ strumenti finanzjarji disponibbli fis-suq;
(d)
il-kriterji biex tiġi evalwata l-konformità ta’ ditti li jirċievu inċentivi mal-obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijent.
Fil-formulazzjoni tar-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar strumenti finanzjarji fir-rigward tal-punt b tal-paragrafu 4, l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-prodott għandu jkun inkluż, fejn ikun applikabbli, billi titqies kwalunkwe informazzjoni standardizzata relevanti skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 24 14.
|
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 13 għandhom iqisu:
(a)
in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
(b)
in-natura u l-firxa ta’ prodotti li jkunu qed jiġu offruti jew ikkunsidrati, inkluż tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji;
(c)
in-natura mhux professjonali jew professjonali tal-klijent jew klijenti potenzjali, fil-każ tal-paragrafi 4 u 5, il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|