|
+Artikolu 24 12. |
Artikolu 24 12.L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq id-ditti ta’ investiment fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan l-Artikolu. Tali rekwiżiti jridu jkunu oġġettivament ġustifikati u proporzjonati sabiex jindirizzaw riskji speċifiċi għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-integrità tas-suq li huma ta’ importanza partikolari fiċ-ċirkustanzi tal-istruttura tas-suq ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, lill-Kummissjoni bi kwalunkwe rekwiżit li jkunu beħsiebhom jimponu f’konformità ma’ dan il-paragrafu, mingħajr dewmien żejjed u tal-anqas xahrejn qabel id-data magħżula biex dak ir-rekwiżit jidħol fis-seħħ. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni għal dak ir-rekwiżit. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali bħal dan m’għandux jirrestrinġi jew b’mod ieħor jaffettwa d-drittijiet tad-ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 34 u 35 ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-proporzjonalità tar-rekwiżiti addizzjonali u l-ġustifikazzjoni għalihom. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u tippubblika fis-sit elettroniku tagħha r-rekwiżiti addizzjonali imposti f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jżommu rekwiżiti addizzjonali li kienu notifikati lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/73/KE qabel it-2 ta’ Lulju 2014 sakemm il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|