|
+Artikolu 25 6. |
Artikolu 25 6.Id-ditta ta’ investiment għandha tipprovdi lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut b’mod li jservi għal żmien twil. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent u għandhom jinkludu, meta jkun applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent. Meta tagħti parir dwar investiment, id-ditta ta’ investiment għandha, qabel ma ssir it-tranżazzjoni, tipprovdi lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’mezz durabbli li tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, il-ħtiġijiet u karatteristiċi oħra tal-klijent mhux professjonali. Fil-każ li l-ftehim għax-xiri jew il-bejgħ ta’ strument finanzjarju jiġi konkluż permezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li tipprevjeni li ssir dikjarazzzjoni dwar l-adegwatezza minn qabel, id-ditta ta’ investiment tista’ tipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-adegwatezza b’mezz durabbli immedjatament wara li l-klijent ikun marbut b’xi ftehim, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klijent ta kunsens biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni; u
(b)
id-ditta ta’ investiment tat lill-klijent l-għażla li jkun hemm dewmien għat-tranżazzjoni sabiex jirċievi minn qabel id-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza. Fejn ditta ta’ investiment tipprovdi ġestjoni tal-portafolji jew infurmat lill-klijent li se twettaq valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif l-investiment jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijenti mhux professjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|