+Artikolu 25 Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.
---+Artikolu 25 11.
|
Artikolu 25 Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti ta’ investiment jiżguraw u juru fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti li l-persuni fiżiċi li jagħtu l-pariri dwar l-investiment jew informazzjoni dwar strumenti finanzjarji, is-servizzi ta’ investiment jew is-servizzi anċillari lill-klijenti f’isem id-ditta ta’ investiment ikollhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 24 u dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għal valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta’ portafoll, id-ditta ta’ investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-kamp ta’ investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluża l-abilità tiegħu li jġarrab it-telf, u l-għanijiet ta’ investiment tiegħu, inkluża t-tolleranza tiegħu għar-riskju, sabiex id-ditta ta’ investiment tkun tista’ tirrakkomanda lill-klijent jew lill-klijent potenzjali s-servizzi ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji li huma adattati għalih u, b’mod partikolari, huma konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju u l-abilità li jġarrab it-telf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta ta’ investiment tipprovdi parir dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta’ servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24(11), il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien ikun xieraq. Meta jipprovdu jew konsulenza dwar l-investiment jew ’ ġestjoni tal-portafoll li jinvolvu l-bdil ta’ strumenti finanzjarji, id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu l-informazzjoni meħtieġa fuq l-investiment tal-klijent u għandhom janalizzaw l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-bdil tal-istrumenti finanzjarji. Meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jinformaw lill-klijent jekk il-benefiċċji tal-bdil tal-istrumenti finanzjarji humiex ikbar mill-ispejjeż involuti fil-bdil.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi ta’ investiment oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzjali rigward l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-kamp ta’ investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew servizz offrut jew mitlub sabiex id-ditta ta’ investiment tkun tista’ tivvaluta jekk is-servizz jew il-prodott ta’ investiment previst huwiex adattat għall-klijent. Meta pakkett ta’ servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24(11), il-valutazzjoni għandha tqis jekk hux xieraq il-pakkett globali ta’ prodotti flimkien. Meta, fuq il-bażi tat-tagħrif li tingħata skont l-ewwel subparagrafu, ditta ta’ investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunx adattat għall-klijent jew għall-klijent potenzjali, id-ditta ta’ investiment għandha twissi lill-klijent jew lill-klijent potenzjali b’dan. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat. Meta l-klijenti jew il-klijenti potenzjali ma jipprovdux it-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jew meta ma jipprovdux biżżejjed tagħrif dwar l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, id-ditta ta’ investiment għandha twissihom illi d-ditta ta’ investiment mhix f’qagħda li tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previst huwiex adattat għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu biss fit-twettiq jew fir-riċezzjoni u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti flimkien ma’ servizzi anċillari jew mingħajrhom, bl-esklużjoni tal-għoti ta’ krediti jew self kif speċifikat fit-Taqsima B.1. tal-Anness I li ma jkunux jikkonsistu mil-limiti tal-krediti eżistenti ta’ self, kontijiet kurrenti u faċilitajiet ta’ overdraft tal-klijenti, sabiex jipprovdu dawn is-servizzi ta’ investiment lill-klijenti tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu t-tagħrif jew jagħmlu l-valutazzjoni pprovduta fil-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-servizzi jirrelataw ma’ kwalunkwe wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin:
(i)
l-ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz jew f’MTF, meta dawk ikunu ishma f’kumpaniji, minbarra l-ishma f’impriżi għall-investiment kollettiv li ma jkunux tal-UCITS u l-ishma li jkun fihom derivattiv ġo fihom;
(ii)
il-bonds jew għamliet oħra ta’ dejn garantit ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz jew f’MTF, minbarra dawk li jkun fihom derivattiv ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut;
(iii)
l-istrumenti tas-suq tal-flus, minbarra dawk li jkun fihom derivattiv ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut;
(iv)
l-ishma jew l-unitajiet fl-UCITS, minbarra l-UCITS strutturati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 583/2010;
(v)
depożiti strutturati, esklużi dawk li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli li l-klijent jifhem ir-riskju tar-redditu jew l-ispiża tal-ħruġ tal-prodott qabel iż-żmien;
(vi)
strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
▼M3
Għall-fini ta' dan il-punt, suq ta' pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat jekk ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti taħt it-tielet u r-raba' subparagrafi jiġu sodisfatti.
Fuq talba mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' ekwivalenza f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 89a(2), waqt li tiddikjara jekk il-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jiżgura li suq regolat awtorizzat f'dak il-pajjiż terz jikkonforma ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li, għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-punt, ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 596/2014, mit-Titolu III ta' din id-Direttiva, mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u mid-Direttiva 2004/109/KE, u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz. L-awtorità kompetenti għandha tindika r-raġuni għaliex tikkunsidra li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz konċernat għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti u għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti għal dak il-għan.
Tali qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti meta dak il-qafas ikun jissodisfa tal-anqas dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
is-swieq huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(ii)
is-swieq ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tat-titoli għan-negozjar sabiex tali titoli jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordnat u effiċjenti, u jkunu liberament negozjabbli;
(iii)
l-emittenti ta' titoli huma soġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perijodika u kontinwa li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur; u
(iv)
it-trasparenza u l-integrità tas-suq jiġu żgurati permezz tal-prevenzjoni ta' abbuż tas-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.
▼B
(b)
is-servizz jiġi pprovdut fuq inizjattiva tal-klijent jew tal-klijent potenzjali;
(c)
il-klijent jew il-klijent potenzjali jkunu ġew mgħarrfa biċ-ċar illi fil-provvediment ta’ dak is-servizz, id-ditta ta’ investiment mhix meħtieġa tivvaluta kemm l-istrument finanzjarju jew is-servizz ipprovdut jew offrut hu adegwat u li għalhekk huma ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti tal-kondotta tal-operat. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat;
(d)
id-ditta ta’ investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Id-ditta ta’ investiment għandha tistabbilixxi reġistru li jinkludi d-dokument jew id-dokumenti miftiehma bejn id-ditta ta’ investiment u l-klijent li jiddikjaraw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u termini oħra li fuqhom id-ditta ta’ investiment se tipprovdi servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’riferiment għal dokumenti jew testi legali oħrajn.
|
|
Artikolu 25 6.
|
Id-ditta ta’ investiment għandha tipprovdi lill-klijent b’rapporti adegwati dwar is-servizz ipprovdut b’mod li jservi għal żmien twil. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent u għandhom jinkludu, meta jkun applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f’isem il-klijent. Meta tagħti parir dwar investiment, id-ditta ta’ investiment għandha, qabel ma ssir it-tranżazzjoni, tipprovdi lill-klijent b’dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza f’mezz durabbli li tispeċifika l-parir mogħti u kif dak il-parir jissodisfa l-preferenzi, il-ħtiġijiet u karatteristiċi oħra tal-klijent mhux professjonali. Fil-każ li l-ftehim għax-xiri jew il-bejgħ ta’ strument finanzjarju jiġi konkluż permezz ta’ komunikazzjoni b’distanza li tipprevjeni li ssir dikjarazzzjoni dwar l-adegwatezza minn qabel, id-ditta ta’ investiment tista’ tipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-adegwatezza b’mezz durabbli immedjatament wara li l-klijent ikun marbut b’xi ftehim, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-klijent ta kunsens biex jirċievi d-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni; u
(b)
id-ditta ta’ investiment tat lill-klijent l-għażla li jkun hemm dewmien għat-tranżazzjoni sabiex jirċievi minn qabel id-dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza.
Fejn ditta ta’ investiment tipprovdi ġestjoni tal-portafolji jew infurmat lill-klijent li se twettaq valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza, ir-rapport perjodiku għandu jkollu dikjarazzjoni aġġornata dwar kif l-investiment jissodisfa l-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħrajn tal-klijenti mhux professjonali.
|
|
Artikolu 25 7.
|
Jekk ftehim ta’ kreditu relatat mal-proprjetà residenzjali, li huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet rigward il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi stipulati fid-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), għandu bħala prerekwiżit l-għoti lil dak l-istess konsumatur ta’ servizz ta’ investiment fir-rigward ta’ bonds ipotekarji maħruġin speċifikament biex jiżguraw il-finanzjament u li jkollu termini identiċi għall-ftehim ta’ kreditu relatat mal-proprjetà residenzjali, sabiex is-self ikun pagabbli, iffinanzjat mill-ġdid jew mifdi, dak is-servizz m’għandux ikun suġġett għall-obbligi stipulati f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 25 8.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 li jiżguraw li d-ditti ta’ investiment jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta jipprovdu servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom, inkluż it-tagħrif li għandu jinkiseb meta jiġu vvalutati l-adattament u l-adegwatezza tas-servizzi u l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tagħhom, il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji mhux kumplessi għall-finijiet tal-punt (a)(vi) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontenut u l-format tar-rekords u l-ftehimet għall-għoti ta’ servizzi lill-klijenti u rapporti perjodiċi lill-klijenti dwar is-servizzi pprovduti. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:
(a)
in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
(b)
in-natura u l-firxa tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati, inklużi t-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji;
(c)
in-natura mhux professjonali jew professjonali tal-klijent jew klijenti potenzjali, fil-każ tal-paragrafu 6, il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli.
|
|
Artikolu 25 9.
|
L-AETS għandha tadotta sat-3 ta' Jannar 2016 linji gwida li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-għarfien u l-kompetenza meħtieġa skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 25 10.
|
L-AETS għandha tiżviluppa sat-3 ta' Jannar 2016, u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni ta’:
(a)
strumenti finanzjarji li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut skont il-punti (a)(ii) u (a)(iii) tal-paragrafu 4;
(b)
depożiti strutturati li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju tar-redditu jew l-ispiża tal-ħruġ mill-prodott qabel iż-żmien skont il-punt (a)(v) tal-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 25 11.
|
L-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida, u taġġornahom perjodikament, għall-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu kklassifikati bħala mhux kumplessi għall-għan tal-punt (a)(vi) tal-paragrafu 4, filwaqt li jitqiesu l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 8.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|