|
+Artikolu 25 8. |
Artikolu 25 8.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 li jiżguraw li d-ditti ta’ investiment jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta jipprovdu servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom, inkluż it-tagħrif li għandu jinkiseb meta jiġu vvalutati l-adattament u l-adegwatezza tas-servizzi u l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tagħhom, il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji mhux kumplessi għall-finijiet tal-punt (a)(vi) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kontenut u l-format tar-rekords u l-ftehimet għall-għoti ta’ servizzi lill-klijenti u rapporti perjodiċi lill-klijenti dwar is-servizzi pprovduti. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:
(a)
in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;
(b)
in-natura u l-firxa tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati, inklużi t-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji;
(c)
in-natura mhux professjonali jew professjonali tal-klijent jew klijenti potenzjali, fil-każ tal-paragrafu 6, il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|