+Artikolu 27 1.
|
Artikolu 27 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investimenti jieħdu l-passi suffiċjenti kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom, filwaqt li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-saldu, id-daqs, in-natura u kull kunsiderazzjoni oħra li tkun rilevanti għat-twettiq tal-ordni. Madankollu, meta jkun hemm struzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta ta’ investiment għandha twettaq l-ordni skont l-istruzzjoni speċifika. Meta ditta ta’ investiment twettaq ordni f’isem klijent mhux professjonali, l-aħjar riżultat possibbli għandu jiġi determinat f’termini tal-kunsiderazzjoni totali, li tirrappreżenta l-prezz tal-istrument finanzjarju u l-ispejjeż relatati mat-twettiq, li għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha mġarrba mill-klijent li huma relatati direttament mat-twettiq tal-ordni, inklużi t-tariffi taċ-ċentru tat-twettiq, tariffi tal-ikklerjar u s-saldu u kwalunkwe tariffi oħra mħallas lill-partijiet terzi involuti fit-twettiq tal-ordni. Għall-għanijiet li jkun hemm l-aħjar riżultat possibbli skont l-ewwel subparagrafu fejn ikun hemm aktar minn post wieħed li jkun qed jikkompeti biex iwettaq ordni għal strument finanzjarju, sabiex jiġu vvalutati u mqabbla r-riżultati għall-klijent li jintlaħqu billi titwettaq l-ordni fuq kull wieħed mill-postijiet tat-twettiq imniżżla fil-politika tal-eżekuzzjoni tal-ordni tad-ditta ta’ investiment li jkun kapaċi jwettaq dik l-ordni, il-kummissjonijiet proprji tad-ditta ta’ investiment u l-ispejjeż għat-twettiq tal-ordni għal kull wieħed mill-postijiet tat-twettiq eliġibbli għandhom jitqiesu f’dik il-valutazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|