+Artikolu 27 L-obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.
---+Artikolu 27 9.
---+Artikolu 27 10.

Artikolu 27 L-obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investimenti jieħdu l-passi suffiċjenti kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom, filwaqt li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-saldu, id-daqs, in-natura u kull kunsiderazzjoni oħra li tkun rilevanti għat-twettiq tal-ordni. Madankollu, meta jkun hemm struzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta ta’ investiment għandha twettaq l-ordni skont l-istruzzjoni speċifika.

Meta ditta ta’ investiment twettaq ordni f’isem klijent mhux professjonali, l-aħjar riżultat possibbli għandu jiġi determinat f’termini tal-kunsiderazzjoni totali, li tirrappreżenta l-prezz tal-istrument finanzjarju u l-ispejjeż relatati mat-twettiq, li għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha mġarrba mill-klijent li huma relatati direttament mat-twettiq tal-ordni, inklużi t-tariffi taċ-ċentru tat-twettiq, tariffi tal-ikklerjar u s-saldu u kwalunkwe tariffi oħra mħallas lill-partijiet terzi involuti fit-twettiq tal-ordni.

Għall-għanijiet li jkun hemm l-aħjar riżultat possibbli skont l-ewwel subparagrafu fejn ikun hemm aktar minn post wieħed li jkun qed jikkompeti biex iwettaq ordni għal strument finanzjarju, sabiex jiġu vvalutati u mqabbla r-riżultati għall-klijent li jintlaħqu billi titwettaq l-ordni fuq kull wieħed mill-postijiet tat-twettiq imniżżla fil-politika tal-eżekuzzjoni tal-ordni tad-ditta ta’ investiment li jkun kapaċi jwettaq dik l-ordni, il-kummissjonijiet proprji tad-ditta ta’ investiment u l-ispejjeż għat-twettiq tal-ordni għal kull wieħed mill-postijiet tat-twettiq eliġibbli għandhom jitqiesu f’dik il-valutazzjoni.

Artikolu 27 3.
Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligi ta’ negozjar stabbiliti fl-Artikoli 23 u 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, wara l-eżekuzzjoni ta’ ordni f’isem klijent, id-ditta tal-investiment tinforma lill-klijent dwar iċ-ċentru fejn tkun ġiet eżegwita l-ordni.
Artikolu 27 4.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ investiment jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq tal-ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jiksbu, għall-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skont il-paragrafu 1.
Artikolu 27 5.
Il-politika tat-twettiq tal-ordnijiet għandha tinkludi, għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji, tagħrif dwar il-postijiet differenti fejn id-ditta ta’ investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw l-għażla tal-post tat-twettiq. Għandha mill-inqas tinkludi dawk il-postijiet li jgħinu lid-ditta ta’ investiment tikseb, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment jipprovdu t-tagħrif ix-xieraq lill-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq tal-ordnijiet. Dak it-tagħrif għandu jispjega biċ-ċar, b’mod iddettaljat biżżejjed u b’mod li jista’ jinftiehem faċilment mill-klijenti, kif id-ditta ta’ investiment se twettaq l-ordnijiet għall-klijenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta politika tat-twettiq tal-ordnijiet tipprevedi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jitwettqu ‘l barra miċ-ċentru ta’ negozjar, id-ditta ta’ investiment għandha, b’mod partikolari, tgħarraf lill-klijenti tagħha dwar dik il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment jiksbu l-kunsens espress minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu bit-twettiq tal-ordnijiet tagħhom ‘il barra miċ-ċentru ta’ negozjar. Id-ditti ta’ investiment jistgħu jiksbu tali kunsens jew fil-għamla ta’ ftehim ġenerali jew fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet individwali.

Artikolu 27 7.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment li jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijent jimmonitorjaw l-effikaċja tal-arranġamenti tagħhom għat-twettiq tal-ordnijiet u tal-politika tat-twettiq tagħhom għall-fini li jidentifikaw u, fejn komxieraq, jirranġaw kwalunkwe nuqqas. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li tali ditti tal-investiment jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk iċ-ċentri ta’ eżekuzzjoni inklużi fil-politika tat-twettiq tal-ordnijiet, jipprovdux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent jew jekk għandhomx bżonn jagħmlu bidliet fl-arranġamenti tagħhom għat-twettiq. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment jinnotifikaw lill-klijenti, li magħhom għandhom relazzjoni ta’ klijentela kontinwa, dwar kwalunkwe bidla materjali fl-arranġamenti tagħhom għat-twettiq tal-ordnijiet jew fil-politika tat-twettiq tagħhom.
Artikolu 27 8.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ investimenti ikunu kapaċi juru lill-klijenti tagħhom, fuq talba ta’ dawn il-klijenti, illi jkunu wettqu l-ordnijiet tagħhom skont il-politika tat-twettiq tad-ditta ta’ investiment u biex juru lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, l-konformità tagħhom ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 27 9.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 dwar:

(a) 

il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-importanza relattiva tal-fatturi differenti li, skont il-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu sabiex jiġi stabbilit l-aħjar riżultat possibbli filwaqt li jitqiesu d-daqs u t-tip tal-ordni u n-natura tal-klijent bħala klijent fil-livell tal-konsumaturi jew klijent professjonali;

(b) 

il-fatturi li jistgħu jitqiesu minn ditta ta’ investiment meta tkun qed tirrevedi l-arranġamenti tagħha tat-twettiq u ċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu xierqa l-bidliet għal dawn l-arranġamenti. B’mod partikulari, il-fatturi sabiex jiġi stabbilit liema postijiet jgħinu lid-ditti ta’ investiment jiksbu, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti;

(c) 

in-natura u l-kobor tat-tagħrif li jrid jiġi pprovdut lill-klijenti dwar il-politiki tagħhom tat-twettiq, skont il-paragrafu 5.

Artikolu 27 10.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu biex tiġi stabbilita u vvalutata l-effikaċja tal-politika tat-twettiq tal-ordnijiet skont il-paragrafi 5 u 7, filwaqt li tqis jekk l-ordnijiet humiex eżegwiti f’isem il-klijenti mhux professjonali jew dawk professjonali.

Dawk il-kriterji għandhom jinkludu mill-anqas dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi li jiddeterminaw l-għażla tal-postijiet tat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq tal-ordnijiet;

(b) 

il-frekwenza li biha tiġi vvalutata u aġġornata l-politika tat-twettiq tal-ordnijiet;

(c) 

il-mod li bih jiġu identifikati l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafu 5.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.