|
+Artikolu 33 3a. |
Artikolu 33 3a.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-segment rilevanti tal-MTF ikun soġġett għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-segment tal-MTF irreġistrat bħala “suq tal-SMEs li qed jespandi” ikun separat b’mod ċar mis-segmenti tas-suq l-oħra mħaddma mid-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF, li jkun fost l-oħrajn indikat b’isem differenti, b’ġabra ta’ regoli differenti, bi strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti, u b’pubbliċità differenti, kif ukoll b’allokazzjoni speċifika tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq għas-segment irreġistrat bħala segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi;
(b)
it-tranżazzjonijiet magħmula fis-segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi kkonċernat ikunu distinti b’mod ċar minn attività oħra tas-suq fis-segmenti l-oħra tal-MTF;
(c)
fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF, l-MTF għandha tipprovdi lista komprensiva tal-istrumenti kkwotati fis-segment ikkonċernat tas-suq tal-SMEs li qed jespandi, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar it-tħaddim tas-segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi li l-awtorità kompetenti tista’ titlob. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|