+Artikolu 33 Swieq tal-SMEs li qed jespandu
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 3a.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
---+Artikolu 33 8.
---+Artikolu 33 9.
|
Artikolu 33 Swieq tal-SMEs li qed jespandu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-operatur ta’ MTF ikun jista’ japplika mal-awtorità kompetenti tal-post biex l-MTF, jew segment tagħha, tiġi rreġistrata bħala suq tal-SMEs li qed jespandi.
|
|
Artikolu 33 2.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tad-domiċilju tista’ tirreġistra l-MTF, jew segment tagħha, bħala suq tal-SMEs li qed jespandi jekk l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u tkun issodisfata li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu mħarsa fir-rigward tal-MTF, jew li r-rekwiżiti fil-paragrafu 3a jkunu mħarsa fir-rigward ta’ segment tal-MTF.
|
|
Artikolu 33 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżgura li l-MTFs ikunu suġġetti għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw konformità ma’ li ġej:
(a)
mill-inqas 50 % tal-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar dwar l-MTF huma SMEs meta l-MTF tkun reġistrata bħala suq tal-SMEs li qed jespandi fi kwalunkwe sena kalendarja minn dakinhar ‘il quddiem;
(b)
kienu stabbiliti kriterja xierqa għall-ammissjoni inizjali u kontinwa tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji ta’ emittenti fis-suq;
(c)
fl-ammissjoni inizjali tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji jkun hemm biżżejjed informazzjoni ppubblikata biex tgħin lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar jekk jinvestux jew le fl-istrumenti finanzjarji, jew dokument proprju ta’ ammissjoni jew prospectus jekk ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE huma applikabbli fir-rigward ta’ offerta pubblika li ssir b’rabta mal-ammissjoni għall-kummerċ inizjali tal-kummerċ tal-istrument finanzjarju dwar l-MTF;
(d)
hemm rappurtar finanzjarju perjodiku kontinwu xieraq minn jew f’isem emittent fis-suq, pereżempju rapporti annwali awditjati;
(e)
emittenti fis-suq kif definiti fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, persuni li jeżerċitaw responsabilitajiet maniġerjali kif definiti fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u persuni assoċjati mill-qrib magħhom kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli għalihom taħt ir-Regolament (EU) Nru 596/2014;
(f)
informazzjoni regolatorja li tikkonċerna l-emittenti fis-suq tkun maħżuna u disseminata lill-pubbliku;
(g)
hemm sistemi u kontrolli effettivi mmirati biex jipprevjenu u jikxfu abbuż tas-suq f’dak is-suq kif meħtieġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014.
|
|
Artikolu 33 3a.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-segment rilevanti tal-MTF ikun soġġett għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-segment tal-MTF irreġistrat bħala “suq tal-SMEs li qed jespandi” ikun separat b’mod ċar mis-segmenti tas-suq l-oħra mħaddma mid-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF, li jkun fost l-oħrajn indikat b’isem differenti, b’ġabra ta’ regoli differenti, bi strateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti, u b’pubbliċità differenti, kif ukoll b’allokazzjoni speċifika tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-suq għas-segment irreġistrat bħala segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi;
(b)
it-tranżazzjonijiet magħmula fis-segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi kkonċernat ikunu distinti b’mod ċar minn attività oħra tas-suq fis-segmenti l-oħra tal-MTF;
(c)
fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF, l-MTF għandha tipprovdi lista komprensiva tal-istrumenti kkwotati fis-segment ikkonċernat tas-suq tal-SMEs li qed jespandi, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar it-tħaddim tas-segment tas-suq tal-SMEs li qed jespandi li l-awtorità kompetenti tista’ titlob.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Il-konformità tad-ditta ta’ investiment jew tal-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF, jew segment tagħha, mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 3a hija mingħajr preġudizzju għall-konformità minn dik id-ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq ma’ obbligi oħra skont din id-Direttiva rilevanti għat-tħaddim tal-MTFs. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF, jew segment tagħha, jista’ jimponi rekwiżiti addizzjonali.
|
|
Artikolu 33 5.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta’ MTF tkun tista’ tiddereġistra MTF, jew segment tagħha, bħala suq tal-SMEs li qed jespandi fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:
(a)
id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF, jew segment tagħha, japplika għad-dereġistrazzjoni tagħha;
(b)
ma jkunx hemm aktar konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 3 jew 3a b’rabta mal-MTF, jew segment tagħha.
|
|
Artikolu 33 6.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li jekk awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta’ MTF tirreġistra jew tiddereġistra MTF, jew segment tagħha, bħala suq tal-SMEs li qed jespandi skont dan l-Artikolu, dik l-awtorità għandha tinforma mill-aktar fis possibbli lill-ESMA b’dik ir-reġistrazzjoni jew dereġistrazzjoni. L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tas-swieq tal-SMEs li qed jespandu u għandha żżomm dik il-lista aġġornata.
|
|
Artikolu 33 7.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li fejn strument finanzjarju ta’ emittent huwa ammess għan-negozjar f’suq tal-SMEs li qed jespandi wieħed, dak l-istrument finanzjarju jista’ wkoll ikun innegozjat f’ċentru ta’ negozjar ieħor unikament fejn l-emittent ikun ġie infurmat u ma jkunx oġġezzjona. Fejn iċ-ċentru ta’ negozjar l-ieħor ikun suq ieħor tal-SMEs li qed jespandi jew segment ta’ suq tal-SMEs li qed jespandi, l-emittent ma għandux ikun suġġett għal kwalunkwe obbligu ieħor marbut mal-governanza korporattiva jew divulgazzjoni inizjali, kontinwa jew ad hoc, fir-rigward ta’ dak is-suq l-ieħor tal-SMEs li qed jespandi. Fejn iċ-ċentru ta’ negozjar l-ieħor ma jkunx suq tal-SMEs li qed jespandi, l-emittent għandu jiġi infurmat bi kwalunkwe obbligu li l-emittent ser ikun soġġett għalih li jkun relatat mal-governanza korporattiva, jew id-divulgazzjoni inizjali, kontinwa jew ad hoc fir-rigward taċ-ċentru ta’ negozjar l-ieħor. L-ESMA għandha tiżviluppa linji gwida sal-5 ta’ Ġunju 2026 fir-rigward tal-proċeduri biex l-emittenti jiġu infurmati u l-proċess għall-preżentazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, kif ukoll l-iskedi ta’ żmien rilevanti.
|
|
Artikolu 33 8.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tkompli tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 3a ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-rekwiżiti għandhom iqisu l-ħtieġa li jinżammu livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-investituri sabiex tiġi promossa l-fiduċja tal-investituri f’dawk is-swieq, filwaqt li jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi għall-emittenti fis-suq. Għandhom iqisu wkoll li d-dereġistrazzjonijiet ma għandhomx iseħħu u lanqas ir-reġistrazzjonijiet ma għandhom jiġu rrifjutati sempliċiment minħabba nuqqas temporanju ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 3, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 33 9.
|
Il-Kummissjoni għandu tistabbilixxi grupp ta’ esperti magħmul minn partijiet ikkonċernati sal-1 ta’ Lulju 2020 biex jissorvelja l-funzjonament u s-suċċess tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Sal-1 ta’ Lulju 2021, il-grupp ta’ partijiet ikkonċernati esperti għandu jippublika rapport dwar il-konklużjonijiet tieħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|