+Artikolu 34 Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta’ investiment
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.
---+Artikolu 34 9.

Artikolu 34 Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta’ investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ditta ta’ investiment awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skont din id-Direttiva, u, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, skont id-Direttiva 2013/36/UE, tista’ tipprovdi b’mod liberu s-servizzi ta’ investiment u/jew twettaq l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni tagħha. Is-servizzi sekondarji jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attività ta’ investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq din id-ditta ta’ investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 34 2.

Kull ditta ta’ investiment li tkun tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li tixtieq tibdel il-firxa ta’ servizzi jew attivitajiet ipprovduti b’dan il-mod, għandha tikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha:

(a) 

l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;

(b) 

programm tal-operazzjonijiet li jiddikjara b’mod partikolari s-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li jkun beħsiebha tipprovdi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u jekk ikunx beħsiebha tagħmel dan permezz tal-użu ta’ aġenti marbuta, stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha. F’każ li ditta ta’ investiment ikun beħsiebha tuża l-aġenti marbuta, hija għandha tikkomunika l-identità ta’ dawk l-aġenti marbuta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Fejn ditta ta’ investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta stabbiliti fl-Istat Membri ta’ Domiċilju tagħha, fit-territorju tal-Istati Membri li fihom tkun biħsiebha tipprovdi s-servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru Ospitanti maħtura bħala l-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1) l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta ta’ investiment ikun biħsiebha tuża biex tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment f’dak l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni. L-AETS tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 34 3.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif, tibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1). Id-ditta ta’ investiment tista’ mbagħad tibda tipprovdi s-s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment ikkonċernati fl-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 34 4.
F’każ li jkun hemm bidla f’kull waħda mill-partikularitajiet ikkomunikati skont il-paragrafu 2, ditta ta’ investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’dik il-bidla.
Artikolu 34 5.
Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment skont il-paragrafu 1 permezz ta’ aġenti marbuta għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-identità ta’ dawk l-aġenti marbuta.

Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu beħsiebha tuża aġenti marbuta, stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju fit-territorju tal-Istati Membri li fihom biħsiebha tipprovdi servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta’ kreditu għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru Ospitanti maħtur bħala punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1) l-identità tal-aġenti marbuta li l-istituzzjoni ta’ kreditu biħsiebha tuża biex tipprovdi s-servizzi f’dak l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni.

Artikolu 34 6.
L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lid-ditti ta’ investiment u lill-operaturi tas-suq li jħaddmu MTFs u OTFs minn Stati Membri oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-kummerċ f’dawk is-swieq mill-utenti remoti, mill-membri jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.
Artikolu 34 7.
Id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem MTF jew OTF għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu l-Istat Membru li fih ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar, dak it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-MTF jew l-OTF ikun beħsiebha tipprovdi dawn l-arranġamenti.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-MTF u mingħajr dewmien żejjed, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF għandha tikkomunika l-identità tal-membri remoti jew tal-parteċipanti tal-MTF stabbiliti f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 34 8.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li għandu jiġi nnotifikat skont il-paragrafi 2, 4, 5 u 7.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 34 9.
►C3  L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 7. ◄

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.