+Artikolu 35 Stabbiliment ta’ fergħa
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.
---+Artikolu 35 10.
---+Artikolu 35 11.
---+Artikolu 35 12.
|
Artikolu 35 Stabbiliment ta’ fergħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi u/jew attivitajiet ta’ investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2013/36/UE permezz tad-dritt ta’ stabbiliment, hux bl-istabbiliment ta’ fergħa jew bl-użu ta’ aġent marbut stabbilit fi Stat Membri barra l-Istat Membru tad-Domiċilju tiegħu, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni mogħtija lid-ditta ta’ investiment jew lill-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju. Is-servizzi sekondarji jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attività ta’ investiment. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali għajr dawk permessi skont il-paragrafu 8, fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 35 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kull ditta ta’ investiment li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew tuża aġenti marbuta stabbiliti fi Stat Membru ieħor li fih ma tkunx stabbilixxiet fergħa, l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tipprovdilha t-tagħrif li ġej:
(a)
l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tippjana li tistabbilixxi fergħa jew l-Istati Membri li fihom ma tkunx stabbilixxiet fergħa iżda tkun qed tippjana li tuża aġenti marbuta stabbiliti hemm;
(b)
programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi fost l-oħrajn is-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li għandhom jiġu offruti;
(c)
fejn stabbilita, l-istruttura organizzattiva tal-fergħa u li jindika jekk il-fergħa jkunx beħsiebha tuża aġenti marbuta u jagħti l-identità ta’ dawk l-aġenti marbuta;
(d)
fejn aġenti marbuta jridu jintużaw fi Stat Membru li fih ditta ta’ investiment ma tkunx stabbilixxiet fergħa, deskrizzjoni tal-użu maħsub tal-aġent(i) marbut(a) u struttura organizzattiva, inkluż linji ta’ rappurtar, li jindikaw xi rwol għandu l-aġent(i) fl-istruttura korporattiva tad-ditta ta’ investiment;
(e)
l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
(f)
l-ismijiet ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa jew tal-aġent marbut.
Fejn ditta ta’ investiment tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru ‘l barra mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha, dan l-aġent marbut għandu jiġi assimilat fil-fergħa, fejn tkun ġiet stabbilita waħda, u jkun x’ikun il-każ għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-friegħi.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Għajr jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkollha raġuni tiddubita mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew mis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ditta ta’ investiment, filwaqt li tqis l-attivitajiet previsti, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika dan it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1) u tgħarraf lid-ditta ta’ investiment konċernata kif jixraq.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Minbarra t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika d-dettalji tal-iskema akkreditata tal-kumpens li d-ditta ta’ investiment tkun membru fiha skont id-Direttiva 97/9/KE lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Fl-eventwalità ta’ bidla fil-partikolaritajiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif jixraq.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti r-raġunijiet tar-rifjut tagħha lid-ditta ta’ investiment konċernata fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, fin-nuqqas ta’ din il-komunikazzjoni minn din tal-aħħar, l-iktar tard wara xahrejn mid-data tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda l-kummerċ.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tixtieq tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru barra l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha biex jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta’ investiment kif ukoll servizzi anċillari skont din id-Direttiva għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tagħtiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha raġuni li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, hija għandha, fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1) u tinforma lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata b’dan. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut lill-istituzzjoni tal-kreditu kkonċernat fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha. Kif jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti, jew wara li jonqos milli jirċievi t-tali komunikazzjoni minn dan tal-aħħar wara iktar minn xahrejn mid-data ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-aġent marbut jista’ jibda l-kummerċ. It-tali aġent marbut għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva marbuta mal-fergħat.
|
|
Artikolu 35 8.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha tieħu r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi s-servizzi pprovduti mill-fergħa fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta’ din id-Direttiva u fl-Artikoli 14 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet mill-Istat Membru ospitanti jkunu permessi skont l-Artikolu 24(12). L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jkollha d-dritt teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti tinforza l-obbligi skont l-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta’ din id-Direttiva u fl-Artikoli 14 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u fil-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet rigward is-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovduti mill-fergħa fit-territorju tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 35 9.
|
Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta ditta ta’ investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor tkun stabbilixxiet fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta ta’ investiment tista’ twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, spezzjonijiet fuq il-post f’din il-fergħa.
|
|
Artikolu 35 10.
|
Fl-eventwalità ta’ bidla f’kull tagħrif ikkomunikat skont il-paragrafu 2, ditta ta’ investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti wkoll għandha tiġi mgħarrfa b’din il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
|
|
Artikolu 35 11.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li għandu jiġi nnotifikat skont il-paragrafi 2, 4, 7 u 10. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 35 12.
|
►C3
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 2, 3, 4, 7 u 10. ◄
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|