+Artikolu 35 7.

Artikolu 35 7.

Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tixtieq tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru barra l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha biex jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta’ investiment kif ukoll servizzi anċillari skont din id-Direttiva għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tagħtiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha raġuni li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, hija għandha, fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta’ kuntatt skont l-Artikolu 79(1) u tinforma lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata b’dan.

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut lill-istituzzjoni tal-kreditu kkonċernat fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha.

Kif jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti, jew wara li jonqos milli jirċievi t-tali komunikazzjoni minn dan tal-aħħar wara iktar minn xahrejn mid-data ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-aġent marbut jista’ jibda l-kummerċ. It-tali aġent marbut għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva marbuta mal-fergħat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.