|
+Artikolu 47 1. |
Artikolu 47 1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat:
(a)
ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b’mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzjali, għall-operat tas-suq regolat jew għall-membri jew għall-parteċipanti tiegħu, ta’ kull kunflitt ta’ interess bejn l-interessi tas-suq regolat, tas-sidien tiegħu jew tal-operatur tas-suq tiegħu u l-funzjonament sod tas-suq regolat, u b’mod partikulari meta dawn il-kunflitti ta’ interess jistgħu jkunu ta’ preġudizzju għat-twettiq ta’ kull funzjoni ddelegata lis-suq regolat mill-awtorità kompetenti;
(b)
ikun mgħammar b'mod adegwat biex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, inkluż il-ġestjoni tar-riskju tal-ICT f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi adegwati għall-identifikazzjoni ta' riskji sinifikanti għall-operat tiegħu, u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi biex jimmitiga dawn ir-riskji; ▼M10 —————
(d)
ikollu regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet;
(e)
ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu;
(f)
ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa, biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost;
(g)
jkollu arranġamenti fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jissodisfa l-istandards tal-kwalità tad-data f’konformità mal-Artikolu 22b tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(h)
ikollu ill-anqas tliet membri jew utenti materjalment attivi, li kull wieħed minnhom ikollu l-opportunità li jinteraġixxi mal-oħrajn kollha fir-rigward tal-formazzjoni tal-prezzijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|