+Artikolu 47 Ir-rekwiżiti organizzattivi
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
|
Artikolu 47 Ir-rekwiżiti organizzattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat:
(a)
ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b’mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzjali, għall-operat tas-suq regolat jew għall-membri jew għall-parteċipanti tiegħu, ta’ kull kunflitt ta’ interess bejn l-interessi tas-suq regolat, tas-sidien tiegħu jew tal-operatur tas-suq tiegħu u l-funzjonament sod tas-suq regolat, u b’mod partikulari meta dawn il-kunflitti ta’ interess jistgħu jkunu ta’ preġudizzju għat-twettiq ta’ kull funzjoni ddelegata lis-suq regolat mill-awtorità kompetenti;
▼M10
(b)
ikun mgħammar b'mod adegwat biex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, inkluż il-ġestjoni tar-riskju tal-ICT f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi adegwati għall-identifikazzjoni ta' riskji sinifikanti għall-operat tiegħu, u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi biex jimmitiga dawn ir-riskji;
▼M10 —————
▼B
(d)
ikollu regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet;
(e)
ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu;
(f)
ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa, biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost;
▼M12
(g)
jkollu arranġamenti fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li jissodisfa l-istandards tal-kwalità tad-data f’konformità mal-Artikolu 22b tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(h)
ikollu ill-anqas tliet membri jew utenti materjalment attivi, li kull wieħed minnhom ikollu l-opportunità li jinteraġixxi mal-oħrajn kollha fir-rigward tal-formazzjoni tal-prezzijiet.
▼B
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu lill-operaturi tas-suq li jeżegwixxu ordnijiet ta’ klijenti kontra l-kapital proprjetarju jew jidħlu
►C4
f’negozjar matched principal ◄ għal kwalunkwe suq regolat li joperaw fih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|