+Artikolu 49 Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
|
Artikolu 49 Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi għall-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji skont il-paragrafu 4. L-applikazzjoni ta' fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet m'għandhiex twaqqaf lis-swieq regolati milli jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f'nofs il-proċess skont il-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Ir-reġimi għall-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
(a)
ikunu kalibrati biex jirriflettu l-profil tal-likwidità tal-istrument finanzjarju fi swieq differenti u l-firxa medja bejn it-talba u l-offerta, b’kunsiderazzjoni tax-xewqa li jiġu permessi prezzijiet stabbli raġonevoli mingħajr ma jiġi limitat aktar it-tnaqqis tal-firxiet;
(b)
jadattaw id-daqs tal-fluttwazzjoni minima possibbli fil-prezzijiet għal kull strument finanzjarju b’mod xieraq.
Fir-rigward ta’ ishma b’Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) maħruġ barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jew ishma li jkollhom ISIN taż-ŻEE u li huma nnegozjati f’ċentru ta’ pajjiż terz fil-munita lokali jew f’munita mhux taż-ŻEE, kif imsemmi fl-Artikolu 23(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li għalihom iċ-ċentru li huwa l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità jkun f’pajjiż terz, swieq regolati jistgħu jipprevedu l-istess fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet li tkun tapplika f’dak iċ-ċentru.
|
|
Artikolu 49 3.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet jew ir-reġimi għall-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati, u ta’ strumenti finanzjarji simili oħra fejn neċessarju biex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-swieq, skont il-fatturi tal-paragrafu 2 u l-prezz, il-firxa u d-dettall tal-likwidita tal-istrumenti finanzjarji. L-AETS għandha tressaq l-abbozz ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 49 4.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet jew ir-reġimi għall-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet għal strumenti finanzjarji speċifiċi barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fejn neċessarju biex tiżgura l-funzjonament ordinat tas-swieq, f’konformita’ mal-fatturi tal-paragrafu 2 u l-prezz, il-firxa u d-dettall tal-likwidita tal-istrumenti finanzjarji. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|