+Artikolu 51a
---+Artikolu 51a 1.
---+Artikolu 51a 2.
---+Artikolu 51a 3.
---+Artikolu 51a 4.
---+Artikolu 51a 5.
---+Artikolu 51a 6.
---+Artikolu 51a 7.
|
Artikolu 51a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati jirrikjedu li l-kapitalizzazzjoni tas-suq prevedibbli tal-kumpanija li għall-ishma tagħha tintalab l-ammissjoni għan-negozjar, jew jekk dak ma jkunx jista’ jiġi vvalutat, il-kapital u r-riżervi ta’ dik il-kumpanija, inkluż il-profitt u t-telf, mill-aħħar sena finanzjarja, għandhom ikunu mill-inqas EUR 1 000 000 jew ammont ekwivalenti f’munita nazzjonali għajr l-euro.
|
|
Artikolu 51a 2.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ ishma funġibbli ma’ ishma diġà ammessi għan-negozjar.
|
|
Artikolu 51a 3.
|
Fejn, bħala riżultat ta’ aġġustament tal-ammont ekwivalenti f’munita nazzjonali għajr l-euro, il-kapitalizzazzjoni tas-suq espressa fil-munita nazzjonali tibqa’ għal perjodu ta’ sena mill-inqas 10 % aktar, jew mill-inqas 10 % inqas minn EUR 1 000 000 , l-Istat Membru għandu, fi żmien 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, jaġġusta l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 51a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati jirrikjedu li mill-inqas 10 % tal-kapital sottoskritt irrappreżentat mill-klassi ta’ ishma kkonċernata mill-applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar ikun miżmum mill-pubbliku fil-mument tal-ammissjoni għan-negozjar.
|
|
Artikolu 51a 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li s-swieq regolati jistabbilixxu, fil-mument tal-ammissjoni, mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin għal applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar tal-ishma:
(a)
għadd suffiċjenti ta’ ishma jkun miżmum mill-pubbliku;
(b)
l-ishma jkunu miżmuma minn għadd suffiċjenti ta’ azzjonisti;
(c)
il-valur tas-suq tal-ishma miżmuma mill-pubbliku jirrappreżenta livell suffiċjenti ta’ kapital sottoskritt fil-klassi tal-ishma kkonċernati.
|
|
Artikolu 51a 6.
|
Meta tintalab ammissjoni għan-negozjar għal ishma funġibbli ma’ ishma diġà ammessi għan-negozjar, is-swieq regolati għandhom jivvalutaw, biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4, jekk ikunx tqassam għadd suffiċjenti ta’ ishma lill-pubbliku fir-rigward tal-ishma kollha maħruġa u mhux biss fir-rigward tal-ishma funġibbli ma’ ishma diġà ammessi għan-negozjar.
|
|
Artikolu 51a 7.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda din id-Direttiva billi timmodifika l-livelli limitu msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jew kollha kemm huma, meta l-livelli limitu applikabbli jimpedixxu likwidità fis-swieq pubbliċi meta jitqiesu żviluppi finanzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|