+Artikolu 53 Aċċess għal suq regolat
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
---+Artikolu 53 7.
|
Artikolu 53 Aċċess għal suq regolat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għas-suq regolat jew is-sħubija fih.
|
|
Artikolu 53 2.
|
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw kull obbligu għall-membri jew għall-parteċipanti li jirriżulta:
(a)
mill-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq regolat;
(b)
mir-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-tranżazzjonijiet imwettqa fis-suq;
(c)
mill-istandards professjonali imposti fuq il-persunal tad-ditti ta’ investiment jew tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu qed jaħdmu fis-suq;
(d)
mill-kundizzjonijiet stabbiliti, għal membri jew għal parteċipanti oħra għajr id-ditti ta’ investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, skont il-paragrafu 3;
(e)
mir-regoli u l-proċeduri għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Is-swieq regolati jistgħu jammettu bħala membri jew parteċipanti ditti ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE u persuni oħra li:
(a)
għandhom reputazzjoni tajba suffiċjenti;
(b)
għandhom livell suffiċjenti ta’ abbiltà, kompetenza u esperjenza fil-kummerċ;
(c)
għandhom, fejn ikun applikabbli, arranġamenti organizzattivi adegwati;
(d)
għandhom riżorsi suffiċjenti għar-rwol li jridu jwettqu, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti finanzjarji differenti li jista’ jkun stabbilixxa s-suq regolat sabiex jiggarantixxi s-saldu adegwat tat-tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 53 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, rigward it-tranżazzjonijiet konklużi f’suq regolat, il-membri u l-parteċipanti ma jkunux obbligati japplikaw, ma’ xulxin, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28. Madankollu, il-membri tas-suq regolat jew il-parteċipanti fih għandhom japplikaw l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 għall-klijenti tagħhom meta, huma u jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom f’suq regolat.
|
|
Artikolu 53 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq regolat jew il-parteċipazzjoni fih jipprevedu l-parteċipazzjoni diretta jew remota tad-ditti ta’ investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 53 6.
|
L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lis-swieq regolati mill-Istati Membri l-oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn is-swieq u l-kummerċ fihom mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom. Is-suq regolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu l-Istat Membru li fih ikun biħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar (1), din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq regolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-AETS tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċiljutas-suq regolat għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u mingħajr dewmien żejjed, tikkomunika l-identità tal-membri tas-suq regolat jew tal-parteċipanti fih stabbiliti f’dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 53 7.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-operatur tas-suq jikkomunika, fuq bażi regolari, il-lista tal-membri tas-suq regolat jew tal-parteċipanti fih lill-awtorità kompetenti tas-suq regolat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|