+Artikolu 54 Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq regolat u mal-obbligi ġuridiċi l-oħra
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
|
Artikolu 54 Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq regolat u mal-obbligi ġuridiċi l-oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu illi s-swieq regolati jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi inklużi r-riżorsi meħtieġa għall-monitoraġġ regolari tal-konformità tal-membri jew tal-parteċipanti tagħhom mar-regoli tagħhom. Is-swieq regolati għandhom jimmonitorjaw l-ordnijiet mibgħuta inklużi l-kanċellazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet imwettqa mill-membri jew il-parteċipanti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw il-ksur ta’ dawk ir-regoli, kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew kondotta li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew tħarbit fis-sistema b’rabta ma’ strument finanzjarju.
|
|
Artikolu 54 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-operaturi tas-suq tas-swieq regolati jgħarrfu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bi ksur sinifikanti tar-regoli tagħhom jew kundizzjonijiet diżordinati ta’ negozjar jew kondotta li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew tħarbit fis-sistema b’rabta ma’ strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti tas-swieq regolati għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’rabta ma’ kondotta li tista’ tindika mġiba pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014, awtorità kompetenti għandha tkun konvinta li tali mġieba tkun qed isir jew tkun saret qabel ma tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-AETS.
|
|
Artikolu 54 3.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu illi l-operatur tas-suq iforni t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien indebitu lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek l-abbuż tas-suq fis-suq regolat u li huwa jagħti assistenza sħiħa lil din tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi tas-suq regolat jew permezz tagħhom.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tiddetermina ċ-ċirkostanzi li jattivaw rekwiżit ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|