|
+Artikolu 57 1. |
Artikolu 57 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, konformi mal-metodoloġija għall-kalkolu ddeterminata mill-ESMA fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 3, jistabbilixxu u japplikaw limiti fuq id-daqs ta’ pożizzjoni netta li persuna jista’ jkollha f’kull ħin f’derivattivi tal-komoditajiet agrikoli u f’derivattivi tal-komoditajiet kritiċi jew sinifikanti li jiġu nnegozjati f’ċentri tan-negozjar u f’kuntratti OTC ekonomikament ekwivalenti. Derivattivi ta’ komoditajiet għandhom jitqiesu bħala kritiċi jew sinifikanti fejn is-somma tal-pożizzjonijiet netti kollha tad-detenturi ta’ pożizzjoni finali tikkostitwixxi d-daqs tal-interess miftuħ tagħhom u tkun ta’ mill-inqas 300 000 lott bħala medja fuq perjodu ta’ sena. Il-limiti għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet kollha li jkollha persuna u dawk miżmuma f’isimha fil-livell ta’ grupp aggregat:
(a)
għall-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq;
(b)
għas-sostenn ta’ kundizzjonijiet xierqa ta’ pprezzar u saldu, inkluż għall-prevenzjoni ta’ pożizzjonijiet li joħolqu distorsjoni tas-suq u biex tiġi żgurata, b’mod partikolari, konverġenza bejn il-prezzijiet tad-derivattivi fix-xahar ta’ twassil u prezzijiet spot għall-komodità sottostanti, mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni tal-prezz fis-suq għall-komodità sottostanti. Il-limiti ta’ pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:
(a)
pożizzjonijiet miżmuma minn jew f’isem entità mhux finanzjarja u li jistgħu jitkejlu oġġettivament inkwantu jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali ta’ dik l-entità mhux finanzjarja;
(b)
pożizzjonijiet miżmuma minn, jew f’isem, entità finanzjarja li hija parti minn grupp predominantement kummerċjali u li taġixxi f’isem entità mhux finanzjarja tal-grupp predominantement kummerċjali, fejn dawk il-pożizzjonijiet jistgħu jitkejlu oġġettivament inkwantu jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali ta’ dik l-entità mhux finanzjarja;
(c)
pożizzjonijiet miżmuma minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji għal pożizzjonijiet li oġġettivament jistgħu jitkejlu bħala li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jkunu saru biex jissodisfaw obbligi li tiġi pprovduta l-likwidità f’ċentru tan-negozjar, kif ipprovdut fil-punt (c) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 2(4);
(d)
kwalunkwe titolu ieħor kif imsemmi fil-punt (c) tal-punt (44) tal-Artikolu 4(1) b’rabta ma’ komodità jew titolu sottostanti msemmija fit-Taqsima C.10 tal-Anness I. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina proċedura li permezz tagħha entità finanzjarja li tkun parti minn grupp predominantement kummerċjali tkun tista’ tapplika għal eżenzjoni għall-hedging għal pożizzjonijiet miżmuma minn dik l-entità finanzjarja li oġġettivament jistgħu jitkejlu inkwantu jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali tal-entitajiet mhux finanzjarji tal-grupp. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina proċedura li tistabbilixxi kif il-persuni jistgħu japplikaw għal eżenzjoni għall-hedging għal pożizzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet li jkunu saru biex jissodisfaw obbligi li tiġi pprovduta l-likwidità f’ċentru tan-negozjar. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fit-tielet u r-raba’ subparagrafi lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Novembru 2021. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|