|
+Artikolu 57 3. |
Artikolu 57 3.L-ESMA għandha tfassal lista ta’ derivattivi ta’ komoditajiet kritiċi jew sinifikanti msemmija fil-paragrafu 1 u tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-metodoloġija għall-kalkolu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw meta jistabbilixxu l-limiti ta’ pożizzjoni tax-xahar spot u limiti ta’ pożizzjoni tax-xhur l-oħra għal derivattivi saldati b’mod fiżiku u f’kontanti fuq il-bażi tal-karatteristiċi tad-derivattiv rilevanti kkonċernati. Meta tistabbilixxi l-lista ta’ derivattivi tal-komoditajiet kritiċi jew sinifikanti, l-ESMA għandha tqis il-fatturi li ġejjin:
(a)
in-numru ta’ parteċipanti tas-suq;
(b)
il-komodità sottostanti għad-derivattiv ikkonċernat. Meta tiddetermina l-metodoloġija għall-kalkolu msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tqis il-fatturi li ġejjin:
(a)
il-provvista konsenjabbli fil-komodità sottostanti;
(b)
l-interess miftuħ kumplessiv f’dak id-derivattiv u l-interess miftuħ kumplessiv fi strumenti finanzjarji oħra bl-istess komodità sottostanti;
(c)
l-għadd u d-daqs tal-parteċipanti tas-suq;
(d)
il-karatteristiċi tas-suq ta’ komoditajiet sottostanti, inklużi xejriet ta’ produzzjoni, konsum u trasportazzjoni lejn is-suq;
(e)
l-iżvilupp ta’ derivattivi ta’ komoditajiet ġodda;
(f)
l-esperjenza tad-ditti tal-investiment jew tal-operaturi tas-suq li joperaw ċentru tan-negozjar u ta’ ġurisdizzjonijiet oħrajn rigward il-limiti ta’ pożizzjoni. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Novembru 2021. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|