|
+Artikolu 57 12. |
Artikolu 57 12.L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:
(a)
il-kriterji u l-metodi għad-determinazzjoni jekk pożizzjoni tikkwalifikax li tnaqqas ir-riskji relatati mal-attivitajiet kummerċjali;
(b)
il-metodi li jiddeterminaw meta pożizzjonijiet ta’ persuna għandhom jiġu aggregati fi grupp;
(c)
il-kriterji għad-determinazzjoni jekk kuntratt huwiex kuntratt OTC li jkun ekwivalenti għal dak innegozjat f’ċentru ta’ negozjar, imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod li jiffaċilita r-rapportar tal-pożizzjonijiet li jittieħdu f’kuntratti OTC ekwivalenti lill-awtorità kompetenti rilevanti kif determinat fl-Artikolu 58(2);
(d)
id-definizzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi volumi sinifikanti skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;
(e)
il-metodoloġija għall-aggregazzjoni u l-kalkolu tal-valur nett ta’ pożizzjonijiet ta’ derivattivi ta’ komoditajiet OTC u ta’ ċentru ta’ negozjar biex tistabbilixxi l-pożizzjoni netta għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-limiti. Tali metodoloġiji għandhom jistabbilixxu kriterji li jiddeterminaw liema pożizzjonijiet jistgħu jikkumpensaw għal xulxin u m’għandhomx jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ pożizzjonijiet b’mod inkonsistenti mal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(f)
il-proċedura li tistipula kif persuni jistgħu japplikaw għal eżenzjoni taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u kif l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tapprova tali applikazzjonijiet;
(g)
il-metodu tal-kalkolu biex jiġi determinat iċ-ċentru fejn isir l-akbar volum ta’ negozjar f’derivattiv ta’ komoditajiet u volumi sinifikanti taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|