+Artikolu 69 Setgħat superviżjorji
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.

Artikolu 69 Setgħat superviżjorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji kollha, inklużi s-setgħat investigattivi u s-setgħat li jimponu rimedji, li jkunu meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Artikolu 69 2.

Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, mill-anqas, is-setgħat li ġejjin:

(a) 

li jkollhom aċċess għal kull dokument jew data oħra f’kull għamla li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jista’ jkun rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;

(b) 

li jirrikjedu jew jitolbu l-provvista ta’ tagħrif mingħand kull persuna u, jekk ikun meħtieġ, isejħu u jinterrogaw lil kull persuna bil-ħsieb li jiksbu t-tagħrif;

(c) 

li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post;

(d) 

li jirrikjedu reġistrazzjonijiet ta’ konversazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords oħra tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu, jew kwalunkwe entità oħra regolata minn din id-Direttiva jew mir-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(e) 

jirrikjedu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn li huma;

(f) 

jirrikjedu l-projbizzjoni temporanja tal-attività professjonali;

(g) 

jirrikjedu li l-awdituri ta’ ditti ta’ investiment, fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data u swieq regolati awtorizzati jipprovdu t-tagħrif;

(h) 

jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;

(i) 

jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet;

(j) 

jirrikjedu jew jitolbu l-provvista ta’ tagħrif, inkluż kull dokument rilevanti, dwar id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew ta’ esponiment li wieħed ikun daħal għalihom permezz ta’ derivattiv tal-komoditajiet, u dwar kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet li jkun hemm fis-suq sottostanti;

(k) 

jirrikjedu l-waqfien temporanju jew permanenti ta’ kwalunkwe prattika jew kondotta li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jipprevjenu r-repetizzjoni ta’ dik il-prattika jew kondotta;

(l) 

jadottaw kull tip ta’ miżura biex jiżguraw li d-ditti ta’ investment, is-swieq regolati u persuni oħrajn li għalihom tapplika din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jissoktaw jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi;

(m) 

jirrikjedu s-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarji;

(n) 

jirrikjedu t-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ, kemm jekk f’suq regolat jew taħt arranġamenti oħra kummerċjali;

(o) 

jitolbu lil kwalunkwe persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ pożizzjoni jew esponiment;

(p) 

jillimitaw l-abbiltà ta’ kwalunkwe persuna biex tidħol f’derivattiv tal-komoditajiet, inkluż bl-introduzzjoni tal-limiti fuq id-daqs ta’ pożizzjoni li kwalunkwe persuna jista’ jkollha f’kull ħin skont l-Artikolu 57 ta’ din id-Direttiva;

(q) 

joħorġu avviżi pubbliċi;

(r) 

jirrkjedu, sa fejn ikun permess mid-dritt nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet, meta jeżisti suspett raġonevoli ta’ tali ksur u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(s) 

jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 40, 41 jew 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(t) 

jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati fejn id-ditta ta’ investiment ma tkunx żviluppat jew applikat proċess effettiv ta’ approvazzjoni tal-prodott jew inkella naqset milli tkun konformi mal-Artikolu 16(3) ta’ din id-Direttiva;

(u) 

jirrikjedu t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-bord maniġerjali ta’ ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq;

▼M13

(v) 

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw li d-ditti ta’ investiment ikollhom fis-seħħ arranġamenti organizzattivi biex jiżguraw li r-riċerka ffinanzjata mill-emittent li jipproduċu jew jiddistribwixxu tikkonforma mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent;

(w) 

jissospendu d-distribuzzjoni mid-ditti ta’ investiment ta’ kwalunkwe riċerka ffinanzjata mill-emittent mhux prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE tar-riċerka ffinanzjata mill-emittent;

(x) 

meta riċerka kklassifikata bħala “riċerka ffinanzjata mill-emittent” u distribwita minn ditta tal-investiment ma tiġix prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent, joħorġu twissijiet biex jinformaw lill-pubbliku li dik ir-riċerka mhijiex prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent.

▼B

Sat- ►M3  3 ta' Lulju 2017 ◄ , l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u l-AETS. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien indebitu bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex jiżguraw li l-kumpens jista’ jitħallas jew azzjoni ta’ rimedju tista’ tiġi meħuda skont id-dritt nazzjonali għal kwalunkwe telf finanzjarju jew dannu sofrut bħala riżultat ta’ ksur ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.