|
+Artikolu 69 2. |
Artikolu 69 2.Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, mill-anqas, is-setgħat li ġejjin:
(a)
li jkollhom aċċess għal kull dokument jew data oħra f’kull għamla li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jista’ jkun rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;
(b)
li jirrikjedu jew jitolbu l-provvista ta’ tagħrif mingħand kull persuna u, jekk ikun meħtieġ, isejħu u jinterrogaw lil kull persuna bil-ħsieb li jiksbu t-tagħrif;
(c)
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post;
(d)
li jirrikjedu reġistrazzjonijiet ta’ konversazzjonijiet telefoniċi jew komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords oħra tad-data dwar it-traffiku miżmuma minn ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu, jew kwalunkwe entità oħra regolata minn din id-Direttiva jew mir-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(e)
jirrikjedu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn li huma;
(f)
jirrikjedu l-projbizzjoni temporanja tal-attività professjonali;
(g)
jirrikjedu li l-awdituri ta’ ditti ta’ investiment, fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar tad-data u swieq regolati awtorizzati jipprovdu t-tagħrif;
(h)
jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;
(i)
jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet;
(j)
jirrikjedu jew jitolbu l-provvista ta’ tagħrif, inkluż kull dokument rilevanti, dwar id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew ta’ esponiment li wieħed ikun daħal għalihom permezz ta’ derivattiv tal-komoditajiet, u dwar kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet li jkun hemm fis-suq sottostanti;
(k)
jirrikjedu l-waqfien temporanju jew permanenti ta’ kwalunkwe prattika jew kondotta li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jipprevjenu r-repetizzjoni ta’ dik il-prattika jew kondotta;
(l)
jadottaw kull tip ta’ miżura biex jiżguraw li d-ditti ta’ investment, is-swieq regolati u persuni oħrajn li għalihom tapplika din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, jissoktaw jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi;
(m)
jirrikjedu s-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarji;
(n)
jirrikjedu t-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ, kemm jekk f’suq regolat jew taħt arranġamenti oħra kummerċjali;
(o)
jitolbu lil kwalunkwe persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ pożizzjoni jew esponiment;
(p)
jillimitaw l-abbiltà ta’ kwalunkwe persuna biex tidħol f’derivattiv tal-komoditajiet, inkluż bl-introduzzjoni tal-limiti fuq id-daqs ta’ pożizzjoni li kwalunkwe persuna jista’ jkollha f’kull ħin skont l-Artikolu 57 ta’ din id-Direttiva;
(q)
joħorġu avviżi pubbliċi;
(r)
jirrkjedu, sa fejn ikun permess mid-dritt nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet, meta jeżisti suspett raġonevoli ta’ tali ksur u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(s)
jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 40, 41 jew 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(t)
jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati fejn id-ditta ta’ investiment ma tkunx żviluppat jew applikat proċess effettiv ta’ approvazzjoni tal-prodott jew inkella naqset milli tkun konformi mal-Artikolu 16(3) ta’ din id-Direttiva;
(u)
jirrikjedu t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-bord maniġerjali ta’ ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq;
(v)
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw li d-ditti ta’ investiment ikollhom fis-seħħ arranġamenti organizzattivi biex jiżguraw li r-riċerka ffinanzjata mill-emittent li jipproduċu jew jiddistribwixxu tikkonforma mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent;
(w)
jissospendu d-distribuzzjoni mid-ditti ta’ investiment ta’ kwalunkwe riċerka ffinanzjata mill-emittent mhux prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE tar-riċerka ffinanzjata mill-emittent;
(x)
meta riċerka kklassifikata bħala “riċerka ffinanzjata mill-emittent” u distribwita minn ditta tal-investiment ma tiġix prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent, joħorġu twissijiet biex jinformaw lill-pubbliku li dik ir-riċerka mhijiex prodotta f’konformità mal-kodiċi ta’ kondotta tal-UE għar-riċerka ffinanzjata mill-emittent. Sat- ►M3 3 ta' Lulju 2017 ◄ , l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u l-AETS. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien indebitu bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex jiżguraw li l-kumpens jista’ jitħallas jew azzjoni ta’ rimedju tista’ tiġi meħuda skont id-dritt nazzjonali għal kwalunkwe telf finanzjarju jew dannu sofrut bħala riżultat ta’ ksur ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|