+Artikolu 70 1.

Artikolu 70 1.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji inklużi s-setgħat ta’ investigazzjoni u s-setgħat li jiġu imposti rimedji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 69 u l-obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur kollu ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Tali sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proprzjonati u dissważivi u għandhom japplikaw għal ksur anki meta ma jissemmewx speċifikament fil-paragrafi 3, 4 u 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt id-dritt nazzjonali tagħhom. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Sat- ►M3  3 ta' Lulju 2017 ◄ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan l-Artikolu, inkluż kwalunkwe dispożizzjonijiet ta’ dritt kriminali rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-AETS. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien indebitu bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.