+Artikolu 70 Sanzjonijiet għal ksur
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
---+Artikolu 70 6.
---+Artikolu 70 7.

Artikolu 70 Sanzjonijiet għal ksur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji inklużi s-setgħat ta’ investigazzjoni u s-setgħat li jiġu imposti rimedji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 69 u l-obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur kollu ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Tali sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proprzjonati u dissważivi u għandhom japplikaw għal ksur anki meta ma jissemmewx speċifikament fil-paragrafi 3, 4 u 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt id-dritt nazzjonali tagħhom. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Sat- ►M3  3 ta' Lulju 2017 ◄ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan l-Artikolu, inkluż kwalunkwe dispożizzjonijiet ta’ dritt kriminali rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-AETS. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien indebitu bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 70 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għad-ditti ta’ investiment, l-operaturi tas-suq, il-fornituri ta’ servizzi tar-rapportar tad-data, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward ta’ servizzi ta’ investiment jew attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, u friegħi ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi f’każ ta’ ksur, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet u miżuri, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali f’oqsma mhux armonizzati minn din id-Direttiva, lill-membri tal-korp maniġerjali tad-ditti ta’ investiment u tal-operaturi tas-suq, u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li, skont id-dritt nazzjonali, huma responsabbli ta’ ksur.
Artikolu 70 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu jiġi kkunsidrat bħala ksur ta’ din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(a) 

fir-rigward ta’ din id-Direttiva:

(i) 

il-punt (b) tal-Artikolu 8;

(ii) 

l-Artikolu 9 (1) sa (6);

(iii) 

l-Artikolu 11 (1) u (3);

(iv) 

l-Artikolu 16 (1) sa (11);

(v) 

l-Artikolu 17 (1) sa (6);

(vi) 

l-Artikolu 18 (1) sa (9) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 18(10);

(vii) 

l-Artikoli 19 u 20;

(viii) 

l-Artikolu 21(1);

(ix) 

l-Artikolu 23(1), (2) u (3);

(x) 

l-Artikolu 24(1) sa (5) u (7) sa (10) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(11);

(xi) 

l-Artikolu 25(1) sa (6);

(xii) 

it-tieni sentenza tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 26(2) u (3);

(xiii) 

l-Artikolu 27(1) sa (8);

(xiv) 

l-Artikolu 28(1) u (2);

(xv) 

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(2), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(4), u l-Artikolu 29(5);

(xvi) 

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(3);

(xvii) 

l-Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 31(3);

(xviii) 

l-Artikolu 32(1), l-ewwel, it-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 32(2);

(xix) 

l-Artikolu 33(3);

(xx) 

l-Artikolu 34(2), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 34(4), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 34(5), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 34(7);

(xxi) 

l-Artikolu 35(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(7), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 35(10);

(xxii) 

l-Artikolu 36(1);

(xxiii) 

l-ewwel subparagrafu u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 37(1), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(2);

(xxiv) 

ir-rabà subparagrafu tal-Artikolu 44(1), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 44(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 44(5);

(xxv) 

l-Artikolu 45(1) sa (6) u (8);

(xxvi) 

l-Artikolu 46(1), l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 46(2);

(xxvii) 

l-Artikolu 47;

(xxviii) 

l-Artikolu 48(1) sa (11);

(xxix) 

l-Artikolu 49(1);

▼M12 —————

▼B

(xxxi) 

l-Artikolu 51(1) sa (4) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 51(5);

(xxxii) 

l-Artikolu 52(1), l-ewwel, it-tieni u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 52(2);

(xxxiii) 

l-Artikolu 53(1), (2) u (3) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(6), l-Artikolu 53(7);

(xxxiv) 

l-Artikolu 54(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) u l-Artikolu 54(3);

(xxxv) 

l-Artikolu 57(1) u (2), l-Artikolu 57(8) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(10);

(xxxvi) 

l-Artikolu 58(1) to (4); u

▼M6 —————

▼B

(b) 

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(i) 

l-Artikolu 3(1) u (3);

(ii) 

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3);

▼M12

(iia) 

Artikolu 5;

▼B

(iii) 

l-Artikolu 6;

(iv) 

l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1);

▼M12

(v) 

Artikolu 8(1);

(va) 

Artikolu 8a(1) u (2);

(vb) 

Artikolu 8b;

▼B

(vi) 

l-Artikolu 10;

▼M12

(vii) 

l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, l-Artikolu 11(1a), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 11(1b) u l-Artikolu 11(3), ir-raba’ subparagrafu;

(viia) 

l-Artikolu 11a(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 11a(1), ir-raba’ subparagrafu;

▼B

(viii) 

l-Artikolu 12(1);

▼M12

(ix) 

l-Artikolu 13(1) u (2);

(x) 

l-Artikolu 14(1), (2) u (3);

(xi) 

l-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tielet sentenzi, u r-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 15(4), it-tieni sentenza;

▼B

(xii) 

it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1);

▼M12 —————

▼M12

(xiv) 

l-Artikolu 20(1) u (1a) u l-Artikolu 20(2), l-ewwel sentenza;

▼B

(xv) 

l-Artikolu 21(1), (2) u (3);

(xvi) 

l-Artikolu 22(2);

▼M12

(xvia) 

Artikolu 22a(1) u (5) sa (8);

(xvib) 

Artikolu 22b(1);

(xvic) 

Artikolu 22c(1);

▼B

(xvii) 

l-Artikolu 23(1) u (2);

(xviii) 

l-Artikolu 25(1) u (2);

(xix) 

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1), l-Artikolu 26(2) sa (5), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(6), l-ewwel sal-ħames u t-tmien subparagrafu tal-Artikolu 26(7);

(xx) 

l-Artikolu 27(1);

▼M6

(xxa) 

l-Artikolu 27f(1), (2) u (3), l-Artikolu 27g(1) sa (5) u l-Artikolu 27i(1) sa (4), fejn xi APA jew ARM ikollhom deroga taħt l-Artikolu 2(3);

▼M12

(xxi) 

Artikolu 28(1);

▼B

(xxii) 

l-Artikolu 29(1) u (2);

(xxiii) 

Artikolu 30(1);

▼M12

(xxiv) 

Artikolu 31(3);

▼B

(xxv) 

l-Artikolu 35(1), (2) u (3);

(xxvi) 

l-Artikolu 36(1), (2) u (3);

(xxvii) 

l-Artikolu 37(1) u (3);

▼M12

(xxviia) 

Artikolu 39a;

▼B

(xxviii) 

l-Artikoli 40, 41 u 42.

Artikolu 70 4.

L-għoti ta’ servizzi ta’ investiment jew it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ investiment mingħajr l-awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni rikjesta skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ din id-Direttiva jew ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu wkoll jitqies li jkun ksur ta’ din id-Direttiva jew ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 600/2014:

▼M6

(a) 

l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 6(2) jew l-Artikoli 34, 35, 39 jew 44 ta’ din id-Direttiva; jew

(b) 

it-tielet sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament, u, fejn xi APA jew ARM ikollhom deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Artikolu 27b ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 70 5.
In-nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni jew spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 69 għandhom jitqiesu wkoll bħala ksur ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 70 6.

Fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri għandhom, f’konformita’ mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jieħdu u jimponu tall-anqas is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 71;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta u li ma tirrepetix dik il-kondotta;

▼M6

(c) 

fil-każ ta’ ditta tal-investiment, operatur tas-suq awtorizzat li jopera MTF jew OTF, jew suq regolat, l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikoli 8 u 43 ta’ din id-Direttiva u, fejn xi APA jew ARM ikollhom deroga taħt l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27e ta’ dak ir-Regolament;

▼B

(d) 

projbizzjoni temporanja jew, f’każ ta’ ksur serju ripetut, permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tad-ditta ta’ investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li hija miżmuma responsabbli, biex teżerċita funzjonijiet maniġerjali fid-ditti ta’ investiment;

(e) 

projbizzjoni temporanja fuq kwalunkwe ditta ta’ investiment li tkun membru jew parteċipant fi swieq regolati jew MTFs jew kwalunkwe klijent ta’ OTFs;

(f) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta' Lulju 2014, jew sa massimu ta’ 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li għandha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id- Direttiva 2013/34/KE, il-fatturat totali annwali rilevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-atti leġislattivi rilevanti dwar il-kontabilità skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija;

(g) 

f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta' Lulju 2014.

(h) 

multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju meħud mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jista’ jiġi determinat, anki jekk jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (f) u (g).

Artikolu 70 7.
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti jimponu tipi ta’ sanzjonijiet minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 6 jew li jimponu multi li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-paragrafu 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.