|
+Artikolu 71 1. |
Artikolu 71 1.L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura għall-ksur tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq is-siti elettroniċi uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien wara li l-persuna li fuqha s-sanzjoni ġiet imposta tkun ġiet infurmata dwar dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni tkun tinkludi għall-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva. Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti b’segwitu għall-valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom:
(a)
jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta s-sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
(b)
jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta s-sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura ħarsien effettiv tad-data personali kkonċernata;
(c)
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura f’każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) hawn fuq jitqiesu insuffiċjenti biex jiżguraw:
(i)
li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri. Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta’ żmien jekk ikun maħsub li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux ser jibqgħu jeżistu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|