+Artikolu 71 Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.
---+Artikolu 71 7.

Artikolu 71 Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura għall-ksur tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq is-siti elettroniċi uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien wara li l-persuna li fuqha s-sanzjoni ġiet imposta tkun ġiet infurmata dwar dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni tkun tinkludi għall-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti b’segwitu għall-valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom:

(a) 

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta s-sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta s-sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura ħarsien effettiv tad-data personali kkonċernata;

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura f’każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) hawn fuq jitqiesu insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i) 

li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta’ żmien jekk ikun maħsub li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux ser jibqgħu jeżistu.

Artikolu 71 2.
Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti jew awtoritajiet rilevanti oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti biex tiġi imposta sanzjoni jew miżura.
Artikolu 71 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni bi qbil ma’ dan l-Artikolu għandha tibqa’ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq il-websajt uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ bi qbil mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AETS dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti imma mhux ippubblikati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1, flimkien ma’ kwalunkwe appell li jkun sar fir-rigward tagħhom u l-eżitu tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni u s-sentenza finali fir-rigward ta’ kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawhom lill-AETS. L-AETS għandha żżomm database ċentrali tas-sanzjonijiet ikkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik id-database għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 71 4.
Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet u l-miżuri kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2. Dak l-obbligu ma japplikax għal miżuri ta’ natura investigattiva. L-AETS għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu li, bi qbil mal-Artikolu 70, jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmijin f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom, annwalment, jipprovdu lill-AETS b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jkunu twettqu u l-pieni kriminali kollha li jkunu ġew imposti. L-AETS għandha tippubblika d-data dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

Artikolu 71 5.
Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura amministrattiva, sanzjoni jew sanzjoni kriminali, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-AETS.
Artikolu 71 6.
Fejn sanzjoni kriminali jew amministrattiva ppubblikata tirrigwarda ditta tal-investiment, operatur tas-suq, istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment jew servizzi anċillari, jew fergħa ta’ ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew xi APA jew ARM awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkollu deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, l-ESMA għandha żżid referenza għas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru rilevanti.
Artikolu 71 7.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-proċeduri u l-formoli għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.