+Artikolu 73 Rapportar ta’ ksur
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.

Artikolu 73 Rapportar ta’ ksur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu rapportar ta’ ksur potenzjali jew effettiv tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.

Bħala minimu, il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċezzjoni ta’ rapporti dwar ksur potenzjali jew effettiv u s-segwitu li jingħata għalihom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għat-tali rapporti;

(b) 

protezzjoni xierqa għall-impjegati ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jirrapportaw ksur li jsir fl-istituzzjoni finanzjarja tal-inqas kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament inġust;

(c) 

protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri sakemm tali divulgazzjoni ma tkunx rikjesta mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.

Artikolu 73 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti ta’ investiment, l-operaturi tas-suq, l-APAs u l-ARMs awtorizzati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li għandhom deroga skont l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tas-servizzi jew attivitajiet ta’ investiment u s-servizzi anċillari, u l-fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom biex jirrapportaw ksur potenzjali jew effettiv internament permezz ta’ kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.