|
+Artikolu 73 1. |
Artikolu 73 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu rapportar ta’ ksur potenzjali jew effettiv tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti. Bħala minimu, il-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċezzjoni ta’ rapporti dwar ksur potenzjali jew effettiv u s-segwitu li jingħata għalihom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għat-tali rapporti;
(b)
protezzjoni xierqa għall-impjegati ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jirrapportaw ksur li jsir fl-istituzzjoni finanzjarja tal-inqas kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta’ trattament inġust;
(c)
protezzjoni tal-identità kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, fl-istadji kollha tal-proċeduri sakemm tali divulgazzjoni ma tkunx rikjesta mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|