+Artikolu 77 Relazzjonijiet mal-awdituri
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.

Artikolu 77 Relazzjonijiet mal-awdituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.

►M6  L-Istati Membri għandhom jipprevedu, mill-anqas, li kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), li twettaq f’ditta tal-investiment, f’suq regolat, jew f’xi APA jew ARM awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkollu deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-impriża li dwarhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt li wettqet dak il-kompitu u li jistgħu: ◄

(a) 

jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw b’mod speċifiku t-twettiq tal-attivitajiet tad-ditti ta’ investment;

(b) 

jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta ta’ investiment;

(c) 

iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.

Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li ssir konxja minnhom hija u twettaq wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ investiment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu.

Artikolu 77 2.
Id-divulgazzjoni in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti minn persuni awtorizzati skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta’ kull fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ kwalunkwe restrizzjoni kuntrattwali jew ġuridika dwar id-divulgazzjoni tat-tagħrif u ma għandu jimplika l-ebda responsabbiltà għal din il-persuna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.