|
+Artikolu 77 1. |
Artikolu 77 1.►M6 L-Istati Membri għandhom jipprevedu, mill-anqas, li kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), li twettaq f’ditta tal-investiment, f’suq regolat, jew f’xi APA jew ARM awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 li jkollu deroga taħt l-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE jew l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-impriża li dwarhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt li wettqet dak il-kompitu u li jistgħu: ◄
(a)
jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw b’mod speċifiku t-twettiq tal-attivitajiet tad-ditti ta’ investment;
(b)
jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta ta’ investiment;
(c)
iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi. Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li ssir konxja minnhom hija u twettaq wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ investiment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|